Kull rokna ta’ dan il-monasteru fih storja, kif inhu l-każ tal-Oratorju fejn il-patrijiet Karmelitani kienu jinġabru u li fejn sa’ llum għad hemm l-ewwel altar oriġinali tal-injam li kien maħdum fl-1670. Il-monasteru ghandu gmiel ta' refettorju u kcina antika li hija mghammra anke bl-ghodda li kienet tintuza fl-imghoddi. Hemm rikkezzi sbieh hafna fil-knisja, fosthom pittura ta’ Mattia Preti, minkejja dak li serqu l-Francizi fl-1798.
Aspett interessanti ta’ dan il-mużew huwa li wieħed jista’ jidħol ukoll f’ċella tipika li hija xhieda ħajja tas-sempliċita’ u l-ġabra li kienu jirrenjaw f’din l-ordni reliġjuża. Hemm ukoll għall-wiri oġġetti oħrajn ta’ interess u kurżita’ bħalma huma ilbies liturġiku antik li kienu jiġu meħjuta mis-sorijiet tal-klawsura. Ix-xogħol impressjonanti ta’ restawr li sar f’dan il-post huwa l-aktar evidenti fil-knisja fejn jispikka l-kwadru titulari tal-Annunzjata, xogħol ta’ Stefano Erardi.
Ma nistax ma nghidx prosit lis-Sur Neville Agius li dahal b'ruhu u gismu ghal din il-bicca xoghol ambizzjuża u li issa tista titgawda anke ghax l-Ordni Karmelitan ghazel li jaghti din l-opportunita’ ta’ partnership mal-privat. Nhar is-Sibt 4 t'April se norganizza Harga Kulturali sa dan il-post. Jekk jinteressak cempel fuq 21344589.
No comments:
Post a Comment