Zort ix-xoghlijiet mal-Perit Herman Bonnici li qed jikkordina x-xoghlijiet, li hafna minnu huwa xoghol delikat ghax isir bl-idejn mingħajr l-ebda użu ta' makkinarju. Il-tniġġiz tal-arja u l-esposizzjoni kontiwa għax-xita, x-xemx u r-riħ kienu l-kaġun prinċipali ta' din il-ħsara. L-interventi ta' dan il-proġett jinkludu tindif u restawr fuq il-ġebla, tindif u restawr tal-kolonni, tibdil ta' ġebel li kien iddeterjora, trattament tal-balavostri u l-aperturi tal-ħadid, u tindif u polishing tal-irħam.
Minbarra din il-ħidma fuq il-Biblioteka, li issa kwazi lest, spjegajt lill-media x-xoghol l-iehor li nbeda u li huwa ppjanat. Fil-fatt inbeda x-xoghol ta' restawr tal-faccati tal-Palazz tal-Gran Mastru u l-KonKatidral ta' San Gwann. Fix-xhur li gejjin hu mistenni li jinbeda ukoll xoghol ta' restawr fuq it-tliet faċċati tal-Berġa ta' Kastilja. B'hekk se nkunu rrestawrajna l-faccati tal-aqwa erba' gojjelli li ghandna fil-belt kapitali taghna. Qed ninsisti li waqt li jkunu għaddejjin il-proġetti kollha, tintuża' s-sistema ta' print hoarding, li fuqu tkun riprodotta l-faċċata li fuqha jkun qed isir ir-restawr u din titgħatta sakemm ikun għaddej ix-xogħol. Dan sabiex il-pubbliku u t-turisti xorta jkunu jistghu jibqghu japrezzaw l-immagini tal-faccati li fuqhom ikun qed isir ix-xoghol ta' restawr.
No comments:
Post a Comment