Irrid nghid grazzi kbira lit-team ta’ ħaddiema li jiffurmaw id-Dipartiment għall-Ħarsien tal-Annimali. Il-ħeġġa u d-determinazzjoni taghhom hija ta' ezempju. F’dawn il-jiem kelli l-okkażjoni li niltaqa’ b’mod informali ma’ dawn il-ħaddiema mmexxija mid-Direttur tagħhom Dr. Mario Spiteri. Team ta’ seba’ ħaddiema li b'entuzjazmu qed jippruvaw ilaħħqu mad-domanda dejjem tikber ta’ rapporti u inspezzjonijiet li qed jaslu ta’ kuljum dwar klieb u annimali oħra li huma maħqura. Semmewli kif it-telefon tad-Diaprtiment ma jieqafx idoqq!
Laqtitni l-frażi li qaluli ripetutament – dik li d-Dipartiment qieħged kull ma jmur isir vittma tas-suċċess tiegħu stess. Il-ħidma ta’ dawn in-nies qed twassal għal għarfien ikbar u għalhekk iktar rapporti minn nies li sa’ ftit ilu kienu jaħsbuha darbtejn qabel ma jċemplu biex idaħħlu rapport. Illum, għax jafu li hemm team li jirrispondi b’mod effettiv it-telefonati qed jiżdiedu. Dawn il-ħaddiema ġejjin minn oqsma differenti fil-ħajja tagħhom, b’passati differenti, pero magħqudin b’għan wieħed – determinazzjoni u impenn favur l-annimali.
Ħadt gost nisma lil dawn il-haddiema jgħidu li ma tgħaddix siegħa li ma jkollhomx ukoll telefonati ta’ nies li jkunu jridu juru apprezzament. Għalihom dan ifisser ħafna u jien ningħaqad man-numru dejjem jikber ta’ nies li jgħidu grazzi li dawn l-individwi tax-xogħol kbir li qed jagħmlu. Hafna minn dawk li jcemplu jkunu persuni li bhal hafna ohrajn jiehdu hsieb l-annimali taghhom b'kura u dedikazzjoni kif naghmlu mal-hbieb. Insellem ukoll lill-volontiera mpenjati fl-NGOs favur il-harsien tal-annimali. Kellu ragun Mahatma Gandhi: il-kejl tac-civilta' jiddependi ukoll minn kif ikunu trattati l-annimali.
No comments:
Post a Comment