Aug 27, 2009

Don Quixote

Niskanta kif f’dan il-pajjiz il-Partit Laburista kapaci johloq kontroversja anke fejn kontroversja ma jkunx hemm ! Hekk hu l-kaz tat-twaqqigh tal-Oil Depot li jinsab biswiet is-swar tal-Birgu u jaghti fuq ix-Xatt tal-Kalkara. Il-MEPA approvat il-permess biex dan il-bini jitwaqqa'.

Favur din l-applikazzjoni tas-Sezzjoni tar-Restawr fi ħdan il-Ministeru tar-Riżorsi u l-Affarijiet Rurali kien hemm is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet u il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA. Infatti l-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA qal li l-fortifikazzjonijiet għandhom jieħdu prijorita’ fuq din il-binja industrijali, l-Oil Depot - u ma jsib l-ebda oġġezzjoni li dan il-bini jitwaqqa’. Is-Suprentendent qal ukoll li t-travi tal-binja huma mdaħħla direttament ġol-ħitan tas-swar u dawn kienu qed jagħmlu ħsara lil dawn is-swar.

L-unika persuna li oġġezzjona li jsir dan il-proġett li għalih hemm fondi tal-Unjoni Ewropea kien id-Deputat u kelliem Laburista għall-Ippjanar Roderick Galdes li fil-laqgħa tal-MEPA vvota kontra. Ma waqafx hemm. Hareg stqarrija biex jiprova jikkonvinci kemm ghandu ragun. Din ma kenitx l-ewwel darba li l-PL permezz tar-raprezentant tieghu fuq il-Bord tal-MEPA ivvota kontra progetti li ghandhom finanzjament tal-UE. Saret konswetudini !

Habat tajjeb li s-Sindku tal-Birgu, John Boxall xi granet ilu, ddikjara ruħu favur li din il-binja titnehha u b'hekk toħroġ mill-gdid is-sbuħija tas-swar u jaghti cans li s-sur jiġi restawrat. Imma nsaqsi jien: l-Onor Galdes staqsa x’inhi l-opinjoni tal-KL tal-Birgu, ghallanqas tas-Sindku u l-Kunsilliera tal-PL qabel vvota kif ivvota ? Jekk iva, x’kienet l-opinjoni ? Jekk le, ghaliex ma ndenjax ruhu jikkonsulta ?

No comments: