Il-bierah filghaxija waqt il-Festa tad-Tadam iltqajt ma' mara ohra li geghlitni nahseb. Iltqajt ma' Josephine Xuereb fl-istand ta' Cini tal-melh. Josephine tigi t-tifla ta' Leli Cini li ilu jahdem il-melh fis-salini ta' taht iz-Zebbug f'Ghawdex ghal xi sittin sena. Josephine, omm ta' familja, se tiehu minghand missierha din l-attivita' li ilha ghand il-familja taghhom ghal mijiet ta' snin. Josephine determinata li tkompli taghmel dawn is-salini attrazzjoni agro-turistika u li ttejjeb l-marketing u l-ippakkagjar tal-melh naturali li jiproducu b'tant xoghol iebes u dedikazzjoni f'dawn is-salini. Jien u s-Segretarju Permanenti fil-Ministeru spjegajnilha taht liema Mizuri tal-Programm tal-Izvilupp Rurali tista tapplika halli tiehu ghajnuna biex tilhaq l-ghanijiet taghha.
Dawn iz-zewg nisa geghluni nahseb kif l-investiment fil-qasam agrikolu qed jirrendi anke ghax qed ihajjar aktar nisa jsiru protagonisti fl-attivita' agro-industrijali ta' pajjizna. Dawn iz-zewg nisa huma xhieda tat-trasformazzjoni li qed naraw f'dan il-qasam. Il-programm ta' investiment finanzjarju minn naha tal-Gvern kif ukoll il-programm ta' investiment akkademiku bhal dak tal-Istitut tal-Agrikoltura qed jghinu qaghtih biex is-settur agro-industrijali jinbidel biex jikkompeti bi prodotti ta' kwalita' li jitpoggew fuq is-suq b'mod aktar meqjus u attraenti.
No comments:
Post a Comment