Jiddispjacini nghid li f’ħafna minnha għadha teżisti l-marda li nżommu djarna nodfa u nħammġu barra. Ngħidha bla tlaqlieq – hija responsabbilta’ tal-Gvern u tal-Kunsilli Lokali li jnaddfu u jinvestu f’apparat li jnaddaf, pero hija r-responsabbilta’ ta’ kull wieħed u waħda minnha li nżommu nadif. Fl-aħħar ġimgħat kelli l-opportunita’, flimkien mal-Prim Ministru, li niltaqgħu mal-ħaddiema tal-Cleansing Services Department, li jnaddfu pajjiżna u naraw b’għajnejna makkinarju ġdid u li beda jintuża, inkluz tlett mechanical sweepers kbar. Bosta mill-haddiema esprimew ir-rabja li ftit wara li jkunu hallew post pupilla, jerga jintefa l-hmieg.
Bilkemm ridt nemmen dak li qrajt f’dawn il-jiem meta ntqal li mill-funtana ta’ Putirjal il-Belt, inġabar mal-elf kilo ta’ ħmieġ ta’ kull tip ! Irrid ngħid li dan minkejja li din titnaddaf bejn tlieta u erba’ darbiet fis-sena minn ħaddiema tat-Taqsima tat-Tindif u dan bi spejjeż kbar għax kull darba din trid titbattal u terġa timtela’ bl-ilma.
Dan ifisser li għexieren ta’ nies ma ddejqu xejn jarmu xi ħaġa f’wieħed mill-aktar postijiet pubbliċi li għandna f’Malta. Jien nistaqsi – allura dawn it-talin x’ikunu lesti jarmu f’postijiet aktar imwarrbin u kwieti bħalma hi l-kampanja? Jien għandi mistoqsija oħra – kemm nies inqabdu jarmu karta, flixkun jew sigarett fil-funtanta ta’ Putirjal ? Possibli li minn elf kilo ħmieġ ma nqabad ħadd? Jew ma rraporta ħadd ? Irridu naraw li nziedu l-infurzar. Imma din hija fuq kollox kwistjoni ta' attegjament, ta' kultura.
Qed naghmlu sforz qawwi biex inzommu nodfa l-bajjiet f'pajjizna. Għandna team ta’ ħaddiema jnaddfu l-bajjiet u qed innaddfu l-bajjiet bir-ramel kollha bis-sand sifters. Minn dan is-sajf ziedna l-frekwenza tat-tindif tal-bajjiet. L-isforzi l-Gvern qed jaghmilhom, imma hi r-responsabilita' ta' kulhadd li pajjizna jinzamm nadif.
1 comment:
Gorg - hu pacenzja biha u ejja daqsxejn sal-kantuniera ta Howard Street u Sir Gorg Borg Street f'tas Sliema - u ghidli int jekk l-ambjent li qed nghix fih hu denju. Ghidli int kif nisma li ghandna regolamenti tal bini x u regolamenti godda y u spetturi z ecc ecc mbaghad tara il hmieg (trab, konkos, bini ta sewg sulari bla hoardings, nuqqas ta vacuums u jtajru trab fin go dari meta jccasjaw (lovely term this!) il brixa...U le.... m'ahneix serji f'dan il-pajjiz. Il complaints isiru, il Mepa infurmata kemm il darba u azzjoni ZERO.....
Nirringrazjak.....u prosit lis Sliema... $"*%&
Post a Comment