F’dawn il-jiem kelli l-opportunita’ li nżur id-Dar għat-Tfal f’Tas-Sliema, immexxija mis-Sorijiet tal-Ursolini, u ħabbart li d-djar fejn joqgħodu aktar minn għaxar persuni, nkluż istituti residenzjali u kunventi, se jingħataw allokazzjoni akbar ta’ bozoz energy saving b’xejn. Il-Gvern, konxju mill-bżonnijiet ta’ dawn l-organizzazzjonijiet, ħass li jkun opportun li jsir aġġustament biex dawn id-djar jingħatawlhom vouchers addizzjonali li jintitolawhom għal għaxar bozoz għal kull għaxar residenti fi djar bhal dawn.
Dan għamilnih għax ħassejna li jkun gust li l-iskema tkun aġġustata din l-iskema biex tkompli tiżdiet l-għajnuna ħalli dawn id-djar inaqqsu l-konsum tal-enerġija taghhom. Ghamilna dan permezz ta’ skema li ghaliha b’mod totali vvutajna mal-€4 Miljuni minn fondi nazzjonali. Skema li kellha thabbat wiccha ma’ numri ta’ problemi, fosthom xi kawzi bejn agenti. Ghal grazzja t’Alla dawn il-kawzi nghalqu wara li ntervjena bhala medjatur c-Chairman tal-MRA.
Kellna nhabbtu wiccna ukoll ma’ numru ta’ kazijiet fejn persuni ma rcievewx il-vouchers. Irrid nghid li l-vouchers inhaddmu skond kemm hemm persuni rregistrati mal-Korporazzjoni ghas-Servizzi tal-Ilma (WSC) fuq kull residenza. B’hekk seta jkun stabbilit in-numru ta’ bozoz li kull familja kienet intitolata ghalihom. Tiskanta per ezempju kemm persuni jispiccaw jizzewgu izda ma jirregistrawx lilhom infushom fuq il-kont taghhom. Allura fuq id-database tal-WSC jibqghu jidhru bhal li kieku ghadhom jghixu mal-genituri taghhom u rcevew l-intitolament tal-bozoz fir-residenza tal-genituri. Ma’ dawn kien hemm ohrajn. Il-kazijiet li dahlu gew investigati u vverifikati mill-WSC f’dawn il-granet intbaghtu l-ahhar vouchers wara li saru l-verifiki necessarji.
B’mod generali l-iskema kienet posittiva u ghenet biex issahhet b’mod prattiku l-kultura favur konsum anqas ta’ risorsa tant importanti. Meta konna hrigna b’din l-inizjattiva qabel l-ahhar elezzjoni l-Partit Laburista kien ipprova jirredikola din l-inizjattiva. Konna konvinti u ghadna konvinti halli nibqgħu għaddejin biex inkomplu nibdlu l-attitudni, u dan fl-aħjar nteress tagħna u tal-ġenerazzjonijiet futuri.
No comments:
Post a Comment