Oct 25, 2009

Zgur li ma kienx rigal tal-Milied

Ghadni spiccajt nara l-programm Question Time fuq il-BBC. Dan wiehed mill-programmi favoriti tieghi. Imma llum kien probabilment aktar segwiet mis-soltu ghax il-BBC ghazlet li tistieden fil-programm lil Nick Griffin, il-mexxej tal-BNP, British National Party, il-partit tal-lemin estrem. Decizzjoni li qajmet kontroversja ghax hafna sostnew li esponenti tal-BNP m'ghandhomx jinghataw platform prominenti bhal dik. Ikolli nghid li wara li rajt il-programm nahseb li d-decizzjoni tal-BBC kienet ghaqlija ghal zewg ragunijiet principali.

L-ewwel raguni: Il-fatt li l-BNP tella zewg deputati fil-Parlament Ewropej ma jistax jinkines taht it-tapit u qiesu ma kien xejn. Qabez it-threshold u llum sar realta'. It-tieni raguni: Ideat bhal ta' Griffin ghandhom esposti u jkunu kkonfrontati fil-miftuh. Dawn in-nies tal-lemin mhux qed jistennew lil moderati biex jaghmlu l-kampanja maghhom. Il-kampanja qed jaghmluha kuljum fil-one to one mal-elettorat u f'dawn il-laqghat jghidu li joghgobhom u li jridu. Jigdbu u jaqilghu minn zniedhom. Allura mportanti li jkun hemm okkazzjonijiet li fihom dawn l-ideat ikunu kkonfrontati u johorgu l-argumenti sodi kontra l-ideat zbaljati tal-lemin estrem. Griffin deher debboli hafna quddiem l-argumenti tal-kelliema tal-Partit Konservattiv, Sayeeda Warsi, ta' origini Asjatika, u tal-Ministru tal-Gustizzja mill-Partit Laburista, Jack Straw.
David Dimbleby, li jinghad li ma kienx daqshekk favur il-presenza ta' Griffin, bhas-soltu mexxa l-programm b'mod impekkabli. Il-programm li lahaq udejenza ta' 8 miljun ruh, l-akbar udjenza fl-ahhar 30 sena, certament li ma kienx "an early Christmas present to BNP" kif wiehed politiku sejjahlu. Naqbel ma' Warsi li qalet li l-programm kixef il-wicc veru ta' Griffin u l-BNP, u l-htiega li l-mainstream parties jifhmu aktar id-dwejjaq tan-nies li ghax frustrati qed iduru ghal partiti bhal BNP biex juru l-protesta taghhom.

No comments: