Feb 26, 2010

Centru biex jispjega s-swar

Difficli tispjega kif pajjiz bhal taghna, li ghandu tant patrimonju uniku ta’ swar u fortifikazjonijiet, ghad m’ghandux sa llum centru, jew ‘muzew’ iddedikat biex jispjega r-rikkezzi ta’ arkitettura militari li ghandu. Ghandna muzewijiet tal-arkeologija, tal-storja marittima, l-armi u l-kurazzi tal-kavallieri, tal-istorja naturali u ohrajn, izda m’hemm xejn fuq il-fortifikazzjonijiet taghna. Is-swar u l-fortifikazzjonijiet ta’ Malta jirraprezentaw wahda mill-ifjen kollezzjonijiet t’arkitettura militari li jezistu madwar id-dinja, fi kliem il-mibki Prof. Quentin Hughes, “wirt monumentali li ghal koncentrazzjoni u majesta tieghu, huwa tassew bla paragun”.

Kien ghalhekk li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali ha l-inizjattiva biex jimla ukoll dan il-vojt fl-gharfien u l-esposizzjoni ta’ dan is-suggett bit-twaqqif ta’ Centru gdid ta’ Informazzjoni fuq il-Fortifikazzjonijiet ta’ Malta. Dan ghandu jikkomplimenta x-xogholijiet kbar ta’ restawr li ghadejjin fuq 6km ta’ swar. Ghal dan il-ghan, ir-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru gie mitlub jiddisinja progett li juri u jispjega l-importanza tal-fortifikazzjonijiet f’Malta , kif ukoll il-mod kif dawn l-istrutturi maestuzi nbnew.

Bhal ma kelli l-okkazzjoni nispjega llum fil-laqgha li kellna fuq il-post, dan il-centru mhux se jiglorifika l-gwerra, izda se jiccelebra l-genju kreattiv tal-inginerija u l-arkitettura militari. Kif jghid sew Quentin Hughes is-swar inbnew “biex jipprotegi il-hajja u mhux jeqerduha”. Kienet l-arti tad-difiza, u tal-aggressjoni. Ghaldaqstant, dan ic-Centru l-gdid se jiffoka fuq il-metodi, teknika u s-snajja ta’ kostruzzjoni kif ukoll ir-rwol importanti li kellhom il-bennejja u nies tas-snajja Maltin f’dan il-process.

Il-‘bennejja’ ta’ dan ic-centru interattiv huma Dr Stephen C Spiteri, storiku ta’ l-arkitettura militari u awtur ta' diversi kotba fuq is-swar ta’ Malta, flimkien ma’ team specjalizzat mir-Restoration Unit. Il-binja maghzula biex tiehu fiha dan ic-centru hija struttura kbira taz-zmien is-seklu sittax, mibnija fi zmien il-Gran Mastru Verdal, li tinsab biswit Biagio Steps f’tarf Triq San Marku, il-Belt Valletta. Dan il-bini antik u interessanti qieghed bhalissa jigi restawrat. Ic-Centru se jkun mghammar b’mudelli tas-swar, mudelli tas-swar tri-dimensjonali generati bil-kompjuters, tabelli b’informazzjoni, teatru audio-viziv, u librerija. Il-progett gie iddisenjat biex jinkorpora ukoll ‘lift’ ghal-‘link’ vertikali bejn iz-zona ta’ Marsamxett u Triq Melita.
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20100226/local/biago-steps-project-to-honour-fortifications

No comments: