Showing posts with label swar. Show all posts
Showing posts with label swar. Show all posts

May 19, 2011

Xoghol kbir fuq is-Saluting Battery

Wahda mill-partijiet l-aktar strategici fis-sistema estensiva tas-swar tal-belt Valletta, dan il- monument imponenti u importanti fejn tidhol l-arkitettura militari fil-gzejjer Maltin, hija z-zona tas-swar maghruf bhala is-Sur ta’ San Pietru u San Pawl, jew kif inhi maghrufa ahjar illum, il-Barrakka ta’ Fuq. Din tiddomina, tista tghid, il-firxa kollha tal-Port il-Kbir u tipprovdi xena unika u meralviljuza, kif jghidu bl-Ingliz ‘a breathtaking view’.


Il- Kavallieri gharfu kemm il-valur militari u difensiv ta’ din il-pozijoni gholja kif ukoll dak rikkrejattiv. Fil-fatt skond Dr.Stephen Spiteri, il-Kavalieri fl-1661 ikonvertew parti mil-bastjun fl-loggia (‘barracca’) u gnien privat ghal beneficju tal-kavallieri. Il-parti l-baxxa tal-bastjun, pero’, li kienet mibnija b’mod imtarrag, baqghet isservi bhala pjattaforma mghamra bil-kanuni ghad-difiza tal-port u hafna drabi, dawn l-istess kanuni kienu jintuzaw biex jaghtu s-salut lill-galeri u lill-vaxxelli importanti li kienu jzuru Malta fiz-zmien l-Ordni. Il-batterija tigi l-aktar f’taghha bhala ‘saluting battery’, pero, fis-seklu dsatax taht l-Ingliz. Hafna mir-ritratti mehuda mis-seklu dsatax il-quddiem juru ringila ta kanuni ta’ diversi tipi (skond il-perjodu) ippostjati fuq din il-pjattaforma.




Taħt dan il-post insibu l-Lascaris War Rooms li llum il-Gvern ghaddihom lill-Fundazzjoni Wirt Artna. Matul is-snin kien jidhol kwantita kbira ta’ ilma kull meta taghmel ix-xita ghax l-ilma kien jgħaddi minn taħt il-ħaxix u s-siġar li kien hawn. Il-Ministeru tieghi nvesta rizorsi sostanzjali biex din is-Saluting Battery tigi riabilitata b’mod shih. Inqala l-materjal kollu li kien hemm, sar water proofing taht l-area kollha inkluz gejn kien hemm il-haxix, giet installata sistema ta’ drains ghall-ilma inkluz culvert matul id-dawra kollha u finalment tqieghed pavimentar gdid b’cangatura tal-qawwi.




Ta’ min jghid li kien hemm biss parti zghira li kien ghadha bic-cangatura antika. Liema cangatura inqalghet wahda wahda, giet innumerata, tnaddfet u regghet tpogiet. Dan ma kienx xoghol facli ghax ic-cangatura hija wahda ta’ daqs konsiderevoli u hoxna hafna. Il-materjal użat ilaħħaq l-ispiża ta’ madwar €150,000, eskluz il-pagi tal-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet. Illum dan ix-xoghol wasal biex jitlesta u b’hekk ser jikkomplimenta ix-xoghlijiet estensivi li il-ministeru tieghi qieghed iwettaq fuq is-swar majestuzi tal-Belt Valletta.




Issa s-Saluting Battery se tkun armata mill-gdid bill-kanuni awtentici tal-perjodu mill-Fondazzjoni Wirt Artna halli isservi bhala wahda mill-attrazzjoni turistika principali fil-Belt kapitali taghna. Dan huwa ezempju iehor ta’ hidma bejn il-Gvern u l-volontarjat f’pajjizna biex jinghata gharfien akbar ghal wirt ta’ pajjizna.

Feb 11, 2011

L-investiment igib aktar gharfien.

L-investiment iġib aktar għarfien. Dan hu prinċipju li jreġi f’diversi oqsma, u huwa prinċipju li qed narah iseħħ kuljum fejn jidħol interess tal-pubbliku fuq il-wirt storiku ta’ pajjiżna, b’mod speċjali l-fortifikazzjonijiet. Il-Gvern imbarka fuq proġett l-akbar progett ta’ restawr tas-swar li qatt ra pajjizna b’finanzjament ta’ €36 miljun minn fondi tal-Unjoni Ewropea.


L-għatx tan-nies għall-informazzjoni jidher u jinħass. Kull attivita’ ta’ informazzjoni li qed norganizzaw qed jintlaqgħu tajjeb min-nies u qed ikunu ppakkjati tant li qed ikollna nħallu xi nies diżappuntati. L-aħħar eżempju kienet l-Open Day li għamilna fi tmiem il-ġimgħa l-oħra fl-Imdina fejn il-pubbliku seta’ jara mill-qrib ix-xogħol delikat li għaddej fejn fost affarijiet ohra jew installati mal-40 micropile, b’tul ta’ 30 metru l-waħda biex is-sur li kien qed icedi jissahhah.



Bħala Gvern qed nindirizzaw dan l-għatx għall-informazzjoni mill-pubbliku u għalhekk ħadt gost li dalgħodu kelli okkażjoni biex flimkien mal-Prim Ministru nara l-progress li għaddej fuq iċ-Ċentru Interattiv dwar il-Fortifikazzjonijiet li qed jitlesta fi Biagio Steps, il-Belt Valletta. Hemmhekk ser tittella wirja b’mudelli kbar tas-swar kif ukoll 3D computer generated images tas-swar biex wiehed ikun jista jifhem ahjar mhux biss l-aspett arkitettoniku izda anke l-hidma amministrattiva li kien hemm biex inbnew is-60km ta’ fortifikazzjonijiet li ghandna f’pajjiżna.



Ix-xoghol li ghaddej huwa evidenti kull fejn thares fl-Imdina, fil-Belt Valletta, fil-Birgu u fic-Cittadella t’Ghawdex. Kont ghalhekk verament sorpriz kif din l-ġimgħa kelli mistoqsija parlamentari mid-deputat tal-Oppożizzjoni Silvio Parnis jistaqsi “Jista l-Ministru jghid jekk bediex ir-restawr tas-swar fil-Kottonera u l-Belt ?” F’liema dinja qed jghix biex ma ndunax li x-xoghol inbeda !?

Oct 20, 2010

The French connection

Ħadt gost dalgħodu waqt li żort il-kontragwardja ta’ San Mikiel fil-Belt Valletta flimkien ma mistieden speċjali, il-perit ta’ fama internazzjonali Jean Michel Wilmotte. Wilmotte flimkien mal-Ambaxxatur Franċiż għal Malta, Daniel Rondeau, żaru dan il-post waqt workshop li sar flimkien mal-periti tar-Restoration Unit u l-Valletta Rehabilitation Unit f’dan il-post storiku u ta’ nteress kbir mill-aspett ta’ arkittetoniku militari.

Il-perit Wilmotte baqa’ impressjonat bil-valur ta’ dan il-post. L-għan tal-workshop ta’ dalgħodu kien sabiex tkun esplorata l-possibilita’ li l-passaggi nterni li jeżisti fis-swar jerġħu jinfetħu u jservu ta’ entratura oħra għal-Belt Kapitali belt aktar hajja. Ghaddejna minn passaggi fis-swar li ilhom snin twal inaccessbli. F’certu sens kif qalet wahda mill-periti, “konna qed niktbu l-istorja”. Dawk it-tunnels ghandhom potenzjal kbir li rridu naraw kif l-ahjar nisfruttawh. Dawn il-passaggi se jkollhom rwol gdid ghax iridu jiffacilitaw l-uzu ta’ spazji kbar li se nergghu rroddu lura lill-pubbliku galadarba nlestu l-programm kbir ta’ restawr fuq is-swar.

Il-valur storiku ta’ dawn is-swar huwa uniku madwar id-dinja. Il-mod kif inhuma mibnija juru mhux biss kapaċita u ħila fix-xogħol tal-ġebla iżda juru wkoll il-ħsieb li kien hemm wara dan ix-xogħol. Dan il-wirt mhuwiex biss taghna izda huwa wkoll wirt Ewropew. Tajjeb nghidu li l-link Franciza mas-swar ta’ pajjizna ilha hemm ghax uhud mill-linji ta’ difiza tal-Belt Kapitali, specjalment dawk fil-periferija, kienu anke ddisinjati minn esperti Francizi tal-arkitettura militari fil-bidu tas-seklu tmintax.

Jun 26, 2010

Kxifna s-sur mill-gdid

Kxifna s-sur u se naghtu spazju ieħor mill-gdid lill-pubbliku. Hekk se naghmlu fil-Birgu permezz tat-twaqqigh tal-binja tal-Oil Depot li kienet inbniet, lejn l-aħħar tas-seklu dsatax, ezatt quddiem wahda mill-isbah partijiet tas-swar tal-Birgu. Waqt zjara li ghamilt il-bierah stajt nara b’ghajnejja kif inkixfet mill-gdid is-sbuħija ta’ din il-parti tas-swar ta’ din l-ewwel belt marittima f'Malta. Verament thoss sodisfazzjon.

Imma anke fuq din kien ipprova jaqla’ kontroversja il-Partit Laburista. Minkejja r-rakkomandazzjoni posittiva tal-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA, id-Deputat u kelliem Laburista għall-Ippjanar Roderick Galdes kien l-unika persuna fuq il-Bord tal-MEPA li oġġezzjona li jsir dan il-proġett. Kien anke hareg stqarrija biex jiprova jikkonvinci kemm kellu ragun. Din il-posizzjoni tikkontrasta hafna mal-posizzjoni tal-Kunsill Lokali tal-Birgu mmexxi minn maggoranza tal-Partit Laburista. Il-Kunsilliera kollha b’mod unanimu kienu qablu li din il-binja titwaqqa. Izda l-Onor. Galdes mhux biss ma kienx ikkonsulthom qabel vvota kif ivvota, izda jien infurmat li pprova jaghmel pressjoni biex il-Kunsilliera Laburisti jbiddlu l-posizzjoni taghhom biex jaqblu mal-posizzjoni li kien addotta hu ! Konsultazzjoni a la Labour !

Ta’ min jghid li l-ispazju biswiet ix-xatt mhux se jkun l-uniku spazju li naghtu lura lill-pubbliku. L-ispazju fuq din il-parti tas-swar li tissejjah il-Posta ta’ Kastilja, li sa ftit granet ilu kien okkupat minn persuna wahda, ukoll se jinghata mill-gdid lin-nies tal-Birgu u dawk li jzuru din il-belt storika. Dan l-ispazju, li skond l-istoriku Dr.Stephen Spiteri jokkupa kwazi kwart tal-ispazju kollu tal-iswar tal-Birgu, issa se jkun anke accessibli mix-Xatt tal-Kalkara ghax waqt ix-xoghol ta’ restawr se jinfetah mill-gdid bieb li llum huwa mbarrat. Minn dan it-tarag jaghti tarag li jwasslek fuq is-swar.

Waqt iz-zjara l-Perit Herman Bonnici mit-Taqsima tar-Restawr kif ukoll is-Supretendent tal-Fortifikazzjonijiet Dr.Stephen Spiteri spjegaw lill-gurnalisti li sabiex ma ssirx ħsara lis-swar, ħafna mix-xogħol ta' twaqqigħ sar bl-idejn u hafna mill-gebel gie mahzun mill-kuntrattur li ghamel ix-xoghol, anke jekk din ma kenitx kundizzjoni tal-MEPA fil-permess. Waqt li kont qed inhares lejn dawk is-swar ma stajtx ma ntenniex kemm kellu ragun il-Kumitat Konsultattiv dwar il-Wirt Storiku tal-MEPA meta kien qal li “l-fortifikazzjonijiet għandhom jieħdu prijorita’ fuq dik il-binja industrijali, l-Oil Depot” u kien ghalhekk li ma sab l-ebda oġġezzjoni li dik il-binja titwaqqa’.

May 13, 2010

Titlifx l-opportunita'

Sa anqas minn sena ilu parti mis-swar madwar il-Belt Valletta, b'mod partikolari l-Kontragwardja ta' San Mikiel, kien okkupat minn nies li kienu qed irabbu l-fniek u l-klieb. Din il-Kontragwardja tidhol ghaliha mid-ditch tal-Belt Valletta. B'azzjoni ko-ordinata bejn il-Ministeru tieghi u d-Dipartiment tal-Artijiet dawn tneħħew u l-post tnaddaf wahda sew. Din il-Kontragwardja fiha passaġġi, spazji u veduti verament sbieh li jagħtu għal fuq il-port ta' Marsamxett. Dan il-Kontragwardja kien beda jinbena fl-1640 b'xi partijiet minnu nbnew mill-Inglizi. Il-passaggi jgħaqqdu ma' tliet kontragwardi oħra li jwasslu saħanistra sal-Barrakka ta' Fuq.

Il-bierah zort dan il-post ghall-ewwel darba flimkien mas-Segretarju Parlamentari Jason Azzopardi flimkien mal-media. Kont naf xi haga fuq dan il-wirt mill-ktieb ta' Dr.Stephen Spiteri li hareg is-sena l-ohra izda x'differenza meta tarah b'ghajnejk. Il-post sahharni. Is-swar huma relattivament f'kundizzjoni tajba ghax ma ntlaqtux minn bombi fi żmien il-Gwerra, imma mhux l-istess il-kappella ta' Santu Rokku li minnha kienet tingħad il-quddiesa lill-pazjenti fl-isptar ta' Lazzarett fuq il-gzira Manoel ! Fi zmien qasir dan il-post se jibda jigi restawrat bhala parti mill-progett tar-restawr tal-fortifikazzjonijiet tal-Belt Valletta, Mdina, Birgu u Cittadella, Ghawdex. Hassejt li tkun idea tajba li nifthu l-post ghall-pubbliku biex igawdi dawn l-ispazji qabel jinbdew ix-xoghlijiet.
Fil-fatt fi tmiem din il-ġimgħa, bejn is-Sibt u l-Ħadd, se norganizzaw open weekend biex il-pubbliku jara mill-vicin gojjell iehor tal-istorja militari u arkitettonika Maltija. Il-post se jkun miftuh bejn l-10.00am u l-5.00pm u se jkun hemm guided tours minn persuni mharrga u ufficjali tat-Taqsima tar-Restawr fi hdan il-Ministeru tar-Rizorsi u Affarijiet Rurali.

Feb 26, 2010

Centru biex jispjega s-swar

Difficli tispjega kif pajjiz bhal taghna, li ghandu tant patrimonju uniku ta’ swar u fortifikazjonijiet, ghad m’ghandux sa llum centru, jew ‘muzew’ iddedikat biex jispjega r-rikkezzi ta’ arkitettura militari li ghandu. Ghandna muzewijiet tal-arkeologija, tal-storja marittima, l-armi u l-kurazzi tal-kavallieri, tal-istorja naturali u ohrajn, izda m’hemm xejn fuq il-fortifikazzjonijiet taghna. Is-swar u l-fortifikazzjonijiet ta’ Malta jirraprezentaw wahda mill-ifjen kollezzjonijiet t’arkitettura militari li jezistu madwar id-dinja, fi kliem il-mibki Prof. Quentin Hughes, “wirt monumentali li ghal koncentrazzjoni u majesta tieghu, huwa tassew bla paragun”.

Kien ghalhekk li l-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali ha l-inizjattiva biex jimla ukoll dan il-vojt fl-gharfien u l-esposizzjoni ta’ dan is-suggett bit-twaqqif ta’ Centru gdid ta’ Informazzjoni fuq il-Fortifikazzjonijiet ta’ Malta. Dan ghandu jikkomplimenta x-xogholijiet kbar ta’ restawr li ghadejjin fuq 6km ta’ swar. Ghal dan il-ghan, ir-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru gie mitlub jiddisinja progett li juri u jispjega l-importanza tal-fortifikazzjonijiet f’Malta , kif ukoll il-mod kif dawn l-istrutturi maestuzi nbnew.

Bhal ma kelli l-okkazzjoni nispjega llum fil-laqgha li kellna fuq il-post, dan il-centru mhux se jiglorifika l-gwerra, izda se jiccelebra l-genju kreattiv tal-inginerija u l-arkitettura militari. Kif jghid sew Quentin Hughes is-swar inbnew “biex jipprotegi il-hajja u mhux jeqerduha”. Kienet l-arti tad-difiza, u tal-aggressjoni. Ghaldaqstant, dan ic-Centru l-gdid se jiffoka fuq il-metodi, teknika u s-snajja ta’ kostruzzjoni kif ukoll ir-rwol importanti li kellhom il-bennejja u nies tas-snajja Maltin f’dan il-process.

Il-‘bennejja’ ta’ dan ic-centru interattiv huma Dr Stephen C Spiteri, storiku ta’ l-arkitettura militari u awtur ta' diversi kotba fuq is-swar ta’ Malta, flimkien ma’ team specjalizzat mir-Restoration Unit. Il-binja maghzula biex tiehu fiha dan ic-centru hija struttura kbira taz-zmien is-seklu sittax, mibnija fi zmien il-Gran Mastru Verdal, li tinsab biswit Biagio Steps f’tarf Triq San Marku, il-Belt Valletta. Dan il-bini antik u interessanti qieghed bhalissa jigi restawrat. Ic-Centru se jkun mghammar b’mudelli tas-swar, mudelli tas-swar tri-dimensjonali generati bil-kompjuters, tabelli b’informazzjoni, teatru audio-viziv, u librerija. Il-progett gie iddisenjat biex jinkorpora ukoll ‘lift’ ghal-‘link’ vertikali bejn iz-zona ta’ Marsamxett u Triq Melita.
http://www.timesofmalta.com/articles/view/20100226/local/biago-steps-project-to-honour-fortifications

Jun 20, 2008

Ninvestu fil-passat ghall-futur !

Dalghodu kelli l-opportunita nindirizza Seminar dwar ix-xoghol ta' restawr li se jkun qed isir fis-seba' snin li gejjin fuq parti sostanzjali tal-fortifikazzjonijiet ta' pajjizna. Proġett li qed jitqies bħala l-akbar wieħed tax-xorta tiegħu fl-istorja ta' pajjiżna. Se jsiru nterventi ta' restawr fuq parti mis-swar tal-Belt Valletta, il-Birgu, l-Mdina u ċ-Ċittadella f'Għawdex.

Dawn il-proġetti, ta' restawr b'investiment t'aktar minn €36 miljun minn fondi Ewropej, jinvolvu madwar 135,000 metru kwadru ta' fotifikazzjonijiet u perimetru ta' aktar minn 6 kilometri hu mistennija li jsiru fuq perjodu ta' 7 snin.

Is-seminar kien mahsub biex ilaqqa flimkien l-istakeholders u l-kuntratturi privati li behsiebhom jippartecipaw fit-tenders pubblici li se jibdew johorgu ghax-xogħolijiet fuq il-fortifikazzjonijiet. Għal dawn l-aħħar sentejn saru l-preparamenti meħtieġa biex issa jkun jista' jibda x-xogħol fuq dawn is-swar u s-siti storiċi.

Laqtuni l-prezentazzjonijiet li taw il-periti tat-Taqsima tar-Restawr. Jidher bic-car id-dedikazzjoni u x-xoghol dettaljat li dahlu ghalih. Waqt il-prezentazzjonijiet ghidt lid-Direttur Generali li mportanti li dan it-taghrif jinghata ukoll lill-komunitajiet tal-erba' postijiet fejn se jsiru l-interventi kif ukoll lill-kumplament tal-komunita'. Meta tkellimt ghidt ukoll li nemmen li pajjizna ghandu bzonn ta' esebizzjoni permanenti tal-fortifikazzjonijiet Maltin sabiex il-generazzjonijiet iz-zghar kif ukoll it-turisti jkollhom opportunita' jifhmu l-wirt kbir li ghandna.