Sfortunatament dan l-Istitut hafna minn nies ghandhom idea zbaljata fuqu. Jahsbu li fih hemm imorru il-failures. Fil-fatt mhuwiex hekk. Fost l-istudenti li tkellimt maghhom il-bierah sibt studenta li ghandha 9 O'Levels u anke studenti b'zewg A'Levels. Hafna jahsbu li l-istudenti ta' dan l-Istitut jitghallmu kif jghazzqu biss. Verament perception zbaljata.
L-istudenti ta' dan l-Istitut ghandhom preparazzjoni akkademika wiesa' b'bazi xjentifika tajba hafna. Li mpressjonani l-bierah kien mhux biss l-entuzjazmu izda anke kemm kienu tajba biex jaghmlu presentazzjoni bil-fomm. Madwar 40% tal-istudenti mhumiex gejjin minn familji bi tradizzjoni fl-attivita' agrikola. Marru hemm ghax hemm korsijiet li jinteressawhom u raw futur fil-qasam agrikolu u dak tal-animal welfare. Hadt gost ukoll li ammont qawwi mill-istudenti huma tfajliet.
Wara li telaq il-Prim Ministru komplejt nitkellem mal-istudenti, mal-Kap tal-Istitut, ma' Profs. Maurice Grech (Principal tal-MCAST) u ma' whud mill-ghalliema. L-istudenti konxji hafna mill-bidliet li ghamel is-settur tal-agrikoltura f'pajjizna izda ndunajt ukoll li anke huma jemmnu li hemm bzonn persuni b'kapacitajiet manigerjali u mharrga fl-aspetti finanzjarji. Meta tara l-entuzjazmu ta' dawn l-istudenti tqawwi qalbek li dan is-settur se jkollu nies aktar ippreparati. Jekk is-settur kien kapaci jaghmel bidla daqshekk kbira fl-ahhar snin, bilfors thossok ottimist li s-settur se jkun kapaci jsostni l-bidliet b'zaghzagh aktar imharrga.
No comments:
Post a Comment