Il-meters mal-boreholes hemm bzonnhom halli fuq perjodu ta' zmien insiru nafu preciz kemm ilma qed intellghu, minn fejn u ghal liema uzu qed imur dak l-ilma. Sa llum hu kkalkulat li qed nigbdu 34 miljun metri kubi ta' ilma, meta filfatt hu kkalkulat li nifilhu nigbdu biss 23 miljun metru kubi fis-sena. L-installazzjoni tal-meters se naqsmuha f’fażijiet. Se nibdew l-ewwel bl-installazzjoni tal-meters’ ma’ boreholes li għandhom użu kummerċjali. Irrid intenni minn hawn ukoll, kif ġa għamilt diversi drabi fl-aħħar ġimgħat u xhur, li l-interess tagħna hu li nħarsu s-sostenibbilita’ ta’ din ir-riżorsa prezzjuża, mingħajr pero ma nfixklu l-ħidma ta’ min ġenwinament jiddependi fuq din ir-riżorsa għall-ħidma tiegħu.
F’dan il-kuntest ma nistax ma nsemmix lill-bdiewa u r-raħħala li jiddependu fuq l-ilma biex issostnu l-attivita’ tagħhom. L-installazzjoni ta’ meters ma’ boreholes li jintużaw fl-agrikoltura ser ikunu ssussidjati totalment minn fondi Ewropej għall-Iżvilupp Rurali. Hekk kif jintemm il-perjodu ta’ monitoraġġ inħabbru ‘l pass li jmiss. Il-principju se jkun li l-biedwi jithalla juza, jekk ma ghandux sorsi ohra, l-ilma tal-pjan skond id-daqs tal-art u l-ucuh li jkollu.
Bdejna wkoll nieħdu passi konkreti biex nindirizzaw l-issue ta’ livelli għoljin ta’ nitrati preżenti fl-art tagħna li jispiccaw ffl-ilma tal-pjan. B'hekk nghinu lil biedwi inaqqas l-ispejjez tieghu fuq xiri ta' fertilizzanti zejda. Lestejna abbozz ta’ Pjan t’Azzjoni u bdejna nppreżentawh lill-istakeholders fi proċess ta’ konsultazzjoni. Bdejna b’laqgħa ma’ rappreżentanti tas-settur agrikolu u se nkomplu b’laqgħat oħrajn bħalma huma l-għaqdiet ambjentali.
L-issue tal-ilma tal-pjan hija problema li jidher li m’għandhiex ikollha sfumaturi ta’ politika partiġġjana. Hemm bzonn li lkoll flimkien ngħaddu mill-kliem għall-fatti jekk verament irridu niggarantixxu din ir-rizorsa tant mportanti għalina u għal uliedna.
L-issue tal-ilma tal-pjan hija problema li jidher li m’għandhiex ikollha sfumaturi ta’ politika partiġġjana. Hemm bzonn li lkoll flimkien ngħaddu mill-kliem għall-fatti jekk verament irridu niggarantixxu din ir-rizorsa tant mportanti għalina u għal uliedna.
No comments:
Post a Comment