X'memorji sbieh ! Ergajt lura ghall-iskola primarja tieghi. Il-bierah kont mistieden nattendi c-celebrazzjoni li tfakkar il-100 anniversarju mit-twaqqif tal-iskola tal-Gvern f'Tas-Sliema. Hemmhekk qattajt 6 snin minn hajti. qabel ma mort is-Seminarju bhala skola sekondarja. Morna hemm jien u huti u anke ommi u z-zijiet !
F'wirja li ttelghet hemm sensiela ta' ritratti antiki u rnexxieli nilmah lili nnifsu f'wiehed minnhom. Ritratt tal-ewwel sena ma' Ms.Maryrose Grech dak iz-zmien, illum Maryrose Debono li waslet biex tirtira ! Meta kienet tghallem lilna kienet ghadha hierga mill-College tal-ghalliema. Il-bierah iltqajt ukoll mas-Sur Joe Farrugia, wiehed mill-aqwa ghalliema li qatt kelli. Ghalliem 100%. Kien jiddedika hinu kollu maghna. Bil-break b'kollox u wara l-iskola dejjem jara x'jivvinta biex izommna ferhana. Ma nistax ninsa ghalliema ohra bhal Ms.Borg, Ms.Bezzina (llum Mrs.Sammut), lis-Sur Victor Rizzo, lil Ms.Sammut li mbaghad kienet hallitna ghax marret soru fl-Afrika.
Kwazi kollox tbiddel fl-iskola. Baqghu l-istess biss it-twieqi l-antiki. Ghadhom tajbin ! Wara nzilna fis-sala tal-iskola. Jien ghadni niftakar meta din is-sala ghal xi zmien intuzat anke bhala knisja minflok dik ta' San Girgor ghax kien waqa s-saqaf fil-bidu tas-snin sebghin. Il-bierah skoprejt li jezisti shelter ta’ żmien il-gwerra taht l-iskola. Kont ghadni qatt ma nzilt fih. Il-Head tal-iskola hadet l-inizzjattiva li jitnaddaf u behsiebha tifthu għall-pubbliku. Verament idea tajba.
Insomma verament memorji sbieh ta' skola li ffurmat il-hajja ta' bosta tfal ta' tas-Sliema. Il-hmerijiet u l-esperjenzi ta' dak iz-zmien ma ninsihom qatt. Irrid minn hawn nghid grazzi kbira lil dawk li taw sehmhom biex ittellghet l-attivita' tal-bierah. Jalla s-sigra li hawwilna l-bierah jien u Dolores Cristina tghix 100 sena ohra !
1 comment:
Għal min kien jattendi l-iskola ta' Tas-Sliema żgur li l-avveniment tal-bieraħ kien wieħed li jġib mieghu memorji u nostalġija! Għal dawk kollha li konna ilna nippreparaw aktar minn 4 xhur, kienet ezperjenza mod ieħor - waħda li jien żgur mhux se ninsa!
J'Alla l-iskola ta' Tas-Sliema tkun skola li l-istudenti li jattendu fiha jkunu jistghu jħarsu lura u jkunu kburin daqs kemm int int.
Grazzi tal-preżenza tiegħek u tal-għajnuna li tajtna, li bla dubju ta' xejn marret 'l hinn minn dak li konna qed nistennew aħna.
Claire Privitera
Post a Comment