May 5, 2010

Zewg taghlimiet mill-Grecja

Dak li ghaddej fl-Ewropa bhalissa jista´ jitqies bhala test ghall-Unjoni Ewropea, kif ukoll ghall-ghaqda monetarja Ewropea. Il-maltemp Grieg ilu fuq ix-xefaq pero fl-ahhar gimghat rajna l-kollass ta´ dak li kien baqa´ mis-sistema finanzjarja Griega, bl-aqwa agenziji tal-credit ratings fid-dinja jiddikjaraw il-pajjiz prattikament fallut minhabba problema serji ta´ likwidita’.

U hawn gie t-test. Hekk kif certi pajjizi bdew jistejqru mill-krizi finanzjarja u ekonomika, dlonk tfaqqa l-krizi fil-Grecja li hasdet lil hafna. Ma naqsux il-kurrenti ta´ min ried li l-Grecja tohrog mill-Euro u allura teghreq wahedha, pero kbir kien ukoll il-kurrent ta´ min fehem li dan kien il-mument tal-prova tas-sahha tas-suq Ewropew u tal-munita tieghu. Irrid nghid li lil hinn mill-paroli, napprezza d-diffikulta´ ta´ min madwar mejda jrid jiddeciedi li jghin pajjiz b´miljuni ta´ Euros meta l-ebda pajjiz Ewropew mhu ghaddej mill-aqwa perjodu ekonomiku. Dan japplika wkoll ghal pajjizna li ntalab, bhall-bqija tal-pajjizi, li hu wkoll jaghti sehemu li jfisser self ta´ madwar 27 miljun Ewro.

Fil-mod kif il-pajjizi qablu li jghinu lill-Grecja rajna l-principju tas-solidarjeta’ jithaddem fil-prattika. Napprezza wkoll il-fatt li l-ghajnuna hija marbuta ma’ mizuri li jrid jiehu l-Gvern Grieg biex anke hu juri li qed ipoggi s-sisien finanzjarji tieghu fuq bazi soda li tkun tiflah tilqa´ ghal ghawg iehor fil-futur. Il-mizuri li qed ikollha tiehu l-Grecja huma mpressjonanti sabiex titnaqqas l-ispiza pubblika. Fil-mument tal-prova l-Ewropea uriet is-sahha u l-ghaqda u dan ghandu jkun ta´ wens ghalina li dejjem rajna l-ghaqda bhala wahda mil-kwalitajiet ewlenin tal-Unjoni Ewropea.


Din it-"tragedja Griega" ghandha tghallimna zewg taghlimiet importanti: 1. li l-elettorat irid joqghod attent minn partiti li jweghdu kollox qabel l-elezzjoni, kif ghamel il-Partit Socjalista Grieg qabel l-ahhar elezzjoni, l-aqwa li jotjeni l-poter, imbaghad sab ruhu vittma tal-kliem tieghu stess, 2. li jkun ahjar li jkollok Gvern li b´kuragg jiehu l-mizuri f´waqthom u jimplimenta riformi bzonnjuzi anke jekk mhux popolari, minflok ma jkaxkar saqajh u jispicca fi krizi fejn imbaghad ikun haddiehor li jiddettalu l-qies u z-zmien li fih ikollu jiehu l-mizuri.

No comments: