Ghadni kemm nehdejt proċess ta’ Konsultazzjoni Pubblika dwar il-Politika dwar l-Ilma għal-pajjiżna. L-ilma huwa rizors importanti ħafna u li nridu nieħdu azzjoni fuqu llum, għax minkejja li Gvern jitla’ għal 5 snin irid jieħu ħsieb ukoll il-ġenerazzjonijiet futuri. Inridu niggarantixxu li l-ilma jibqa’ riżorsa sostenibbli. Dan id-dokument jibni fuq dak li diġa għamilna u jwitti t-triq għal quddiem biex ikun hemm protezzjoni għall-ilma tal-pjan, jipjana kif nuzaw l-ilma trattat li jigi mill-ipjanti tat-tisfija tad-drenagg, kif ikun hemm aktar hazna li tkun cost-effective u janalizza kif l-ahjar nilqghu ghall-ilma tal-gharghar.
Ghal dak li ghandu x’jaqsam mal-protezzjoni tal-ilma tal-pjan (groundwater) diġa ħadna 3 passi mportani fix-xhur li ghaddew. Fil-fatt ftahna mill-gdid proċess ta’ reġistrazzjoni tal-ispieri u boreholes, imponejna moratorium fuq aktar spieri, nbeda r-reġistrar ta’ bowsers kif ukoll sar obbligatorju li kull kull borehole jew spiera jigi nstallata maghha meter biex isir moniteraġġ ta’ kemm qed jitella’ ilma f’pajjiżna.
Waqt li nhedejt id-dokument tkellimt ukoll fuq l-investiment li sar mill-1989 ‘l hawn. Fil-fatt fakkart li l-volum tal-ilma tax-xorb naqas bi kwazi nofs mill-1987 ‘l hawn. Dan ġara għax investejna bil-ghaqal f’numru ta’ mpjanti Reverse Osmosis biex mhux biss ipprovdejna l-ilma mehtieg imma tejjibna l-kwalita’ tal-ilma. Bl-investiment li sar mill-Gvern f’dan il-qasam giet imtejjba ukoll l-infrastruttura, bħal tibdil ta’ pajpijiet, metres, u l-infurzar tal-leakage detection. Dan wassal sabiex it-telf tal-ilma mis-sistema naqas b’mod drastiku. minn 1,000 metru kubu kull siegha fl-2004 għal 400 metru kubu kull siegha fl-2009. Dan juri l-importanza li qed tingħata fl-effiċjenza tas-sistema’ filwaqt li fadal xi jsir sabiex tonqos il-ħela.
Dan id-dokument se jkun ghal konsultazzjoni ghas-6 ġimgħat li gejjin u l-pubbliku jista’ jibgħat il-kummenti tiegħu fuq waterpolicy.mrra@gov.mt. Nittama li l-Opposizzjoni tasal biex taghti ukoll posizzjoni konsolidata tal-partit kollu. Qed nghid hekk ghax sfortunatament fuq l-issue tal-installazzjoni tal-meters mal-boreholes kellna posizzjonijiet kontra xulxin minn kelliema tal-istess partit ! U fl-interess ta’ kulhadd li pajjizna jkollna consensus nazzjonali fuq il-politika nazzjonali dwar rizorsa tant importanti bhal l-ilma.
No comments:
Post a Comment