Illum lejliet il-festa ta’ San Frangisk, il-qaddis patrun tal-annimali u l-ambjent il-Prim Ministru u jien inawguraw holma ohra: l-Animal Welfare Centre gewwa Ta’ Qali. Dan iċ-ċentru, li jġib l-isem ta’ dan il-qaddis, minn għada stess se jservi biex ikun post fejn annimal imweġġa jiġi kkurat u wara jinżamm għal perijodu ta’ żmien ta’ konvalaxenza.
Dan iċ-ċentru li nbena b'investiment ta' 'l fuq minn €300,000 u hu mghammar b’apparat li jiswa kwazi l-istess somma, se jkun qiegħed jilqa’ fiħ primarjament klieb u qtates abbandunati li jkunu sfaw feruti. Meta jinstab annimal abbandunat u mwegga li jingabar mis-servizz tal-ambulanza tad-Dipartiment ghall-Harsien tal-Annimali, se jibda jingieb f’dan iċ-ċentru sabiex dak l-annimal jinghata l-kura mehtiega.
Minn ghada l-pubbliku wkoll se jkun jista juża s-servizz ta’ dan iċ-ċentru. Il-familji jistgħu jġibu l-pets tagħhom, li jistghu jinkludu anke zwiemel, f’dan iċ-ċentru fejn tingħata l-kura u s-servizz ta’ after care, liema servizz se jkun offrut bi ħlas ragonevoli. Minn issa ‘l quddiem wieħed jista’ jserraħ rasu li jekk il-pet tiegħu jiġrilu xi ħaġa, jkun x’ħin ikun, se jsib dan iċ-ċentru jopera 24 siegħa kuljum, ħdud u festi nklużi. Dan iċ-ċentru li jiflaħ iżomm fih mal-50 annimal f’daqqa, huwa sostnut minn staff veterinarju professjonali li se jiprovdi kull tip ta' servizz ta' kura.
Dan il-proġett li se jservi anke ta’ centru ta’ edukazzjoni u taghrif fuq l-annimali, hu wieħed innovattiv u environment-friendly. Is-saqaf ta’ dan iċ-ċentru hu mghotti b’wiċċ tal-ħaxix. Dan sar hekk ghal tlett ragunijiet. L-ewwel nett sabiex il-binja tintegra ruha mal-ambjent tal-madwar; it-tieni sabiex is-saqaf iżomm il-bini insulat minn temperaturi għolja jew baxxi. B’hekk il-konsum ta’ l-enerġija ta’ dan il-bini ser ikun baxx. It-tielet sabiex nimmassimissaw l-ispazju minflok ma niehdu aktar art, billi nistghu nuzaw anke l-ispazju li offrilna s-saqaf.
No comments:
Post a Comment