Oct 30, 2010

Tragedja pprezentata fi spettaklu

Ikolli nistqarr li aktar ma jghaddi z-zmien aktar qed nithasseb fuq kif ir-rappurtagg tal-media qed jizviluppa. Il-mod kif il-media fl-Italja rraportat il-qtil taz-zaghzugha Sarah Scazzi kien verament tal-aghar livell. Mewt tragika ta’ tfajla, fejn allegatament Sarah giet maqtula minn zijuha stess bil-komplicita anke ta’ kuginta, spiccat pprezentata fi spettakolu. Tiftah liema stazzjon televiziv Taljan tiftah, din l-istragi kienet mibdula kwazi f’reality show tal-aghar kwalita’. Rajna sahansitra l-avukati ta’ dawk li allegatament wettqu d-delitt, jaghtu ntervisti f’Talk Shows fuq diversi stazzjonijiet fuq dak li qalulhom il-klienti taghhom u fuq kollox jammettu li thallsu biex jippartecipaw fi programmi.

Kellha ragun l-Awtorita’ Taljana ghall-Komunikazzjoni tinnota li hemm bzonn riflessjoni serja fuq ir-rappurtagg ta’ fatti tragici, u fuq kif ix-xandir jista jinjora jew sahansitra jikkalpesta d-dinjita’ umana u d-drittijiet ta’ minorenni.

Il-mentalita tas-suq rikbet lis-sidien tal-media. L-istazzjonijiet tat-televizzjoni qed jispiccaw jintuzaw bhala cash milking cows, li jisfruttaw il-kilba tal-pubbliku ghal dak li huwa spettakolari. Aktar milli strumenti ta’ komunikazzjoni u informazzjoni qed jintuzaw biex jisqu l-ghatx tal-kurzita’. Hafna sidien tal-stazzjonijiet qed juzaw il-kriterju ta’ liema ahbar jew programm igibilhom l-akbar ammont ta’ flus. Il-gurnalizmu kif qal tajjeb dan l-ahhar Fr.Joe Borg fis-Sunday Times of Malta, qed isir dejjem aktar market driven journalism minflok dak li jissejjah normative journalism.

No comments: