Kemm jinbidlu iż-żminijiet! F’temp ta’ ftit aktar 20 sena dan il-pajjiż ra rivoluzzjoni fil-qasam edukattiv. Bizzejjed wiehed ihares lejn l-Universita’ taghna. Din is-sena daħlu għall-ewwel darba l-Universita’ mat-3,355 student ġdid. Rekord ta’ studenti li applikaw biex jibdew wieħed mill-għażla vasta ta’ korsijiet li l-Universita’ ta’ Malta toffri. Dan se jwassal biex il-popolazzjoni tal-Universita’ issa tlaħħaq mal-11,610 student.
Ftit tal-gimghat ilu gejt mistieden niftah il-wirja tal-Inginerija fl-Universita’ Staqsejt kemm hemm studenti li jsegwu korsijiet fl-Inginerija u Informazzjoni Teknologika. Qaluli li b’kollox hemm madwar 800 student. Fl-1987 kien hemm 800 student fil-korsijiet kollha ! Dik differenza ! Ovvjament biex tmexxi Universita’ bi kwazi 12,000 student hemm bżonn ta’ investiment qawwi kemm fl-infrastruttura fisika kif ukoll fir-rizorsi umani. Hu l-investiment ghadu ghaddej. Bizzejjed wiehed jara l-binja li qed tinbena bhalissa biex tilqa fiha l-Fakulta tal-Informazzjoni Teknologika.
Meta llum nisimgħu b’Maltin li qed jiksbu suċċessi kbar f’oqsma differenti tas-soċjeta’ dawn ma huma xejn ħlief stejjer ta’ success ta’ sistema edukattiva li kabbarna b’ghaqal kbir matul l-ahhar 20 sena. Investejna permezz tal-istipendju f’kull student; investejna fil-libreriji; investejna fl-għalliema u aktar minn hekk qed noffru opportunitajiet akbar ta’ tagħlim permezz tal-boroz ta’ studju. Bizzejjed wiehed jghid li matul l-ahhar hames snin il-Gvern ta madwar 1,100 borza ta' studju ghal Masters u Dottorrati (PhDs).
L-opportunitajiet lill-istudenti tagħna żdiedu wkoll bis-sħubija ta’ Malta fl-Unjoni Ewropea. Dan l-istudenti jafuh għax jgħixu u jgawdu mill-vantaġġi ta’ din is-sħubija. Għalina l-edukazzjoni u l-avvanz akkademiku li jista’ jagħmel kull persuna huma ċ-ċavetta tal-futur tal-pajjiż kemm fl-aspett soċjali kif ukoll fil-kuntest ekonomiku ta’ pajjiżna.
No comments:
Post a Comment