Nov 2, 2010

Esperjenza ta' ugigh u ta' kuragg

Minkejja li ghaddew jumejn mill-Kunsill Generali tal-PN, ma nistax innehhi minn mohhi d-diskors li ghamlet Evelyn Vella Brincat. Evelyn irrakkontat l-esperjenza taghha tiggieled il-marda tal-cancer. Marda li laqtita hames snin ilu fl-eta’ ta’ 44 sena. Kienu tawha biss 8 gimghat hajja meta skoprew il-marda. Izda hi kienet determinata li tiggieled il-marda ghax kif qalet hi stess “ridt nara lil uliedi jikbru”.

Evelyn stqarret li hadet il-kura fi sptar privat ghax sa dak iz-zmien il-medicina li kellha bzonn tiehu ma kenitx fuq il-lista tal-medicini li jinghataw b’xejn fi sptar tal-Gvern. Kien fil-fatt grazzi ghal dik il-medicina, li sa dak iz-zmien kien ghadha ftit aktar minn esperiment, li setghet tiggieled din il-marda. Evelyn qalet li sabet l-appogg tal-familjari taghha u l-Community Chest Fund biex setghet tiehu l-kura li swiet “ghexieren ta’ eluf ta’ euro”.

Meta Evelyn bdiet tigi f’taghha ddecidiet li tibda tahdem halli din il-medicina tinghata gharfien u tibda tinghata b’xejn lil kulhadd. Hi stess stqarret li sabet lil Prim Ministru Gonzi lest li jismaghha u llum hu ta’ sodisfazzjon kbir ghalija li din il-medicini qed tinghata b’xejn lill-pazjenti li jkunu jehtieguha. Evelyn qalet li kull hajja li tigi salvata permezz ta’ din il-medicina u l-kura fl-isptar, “hija hajja salvata grazzi ghal min kellu l-kuragg jinvesti flus il-poplu biex jinghata dan is-servizz”.

Lil Evelyn ili nafha snin twal, ferm qabel ma messitha din il-marda. Stajt ninduna li waqt li qed titkellem kienet emozzjonata hafna, tant li qajla gholliet rasha mill-karti li kellha f’idejha. Waqt li nismaghha ghidt bejni u bejn ruhi: stejjer bhal dawn jaghtuk l-ispinta biex tahdem fil-politika, kif fuq kollox qed taghmel Evelyn stess fil-Kunsill Lokali ta’ Pembroke. Kellha ragun il-President tal-Kunsill Generali, Paula Mifsud Bonnici, tghid “grazzi li qsamt maghna esperjenza ta’ ugigh izda ta’ kuragg”.http://www.youtube.com/watch?v=7TZAjfrV4y8

No comments: