Feb 2, 2011

Imxejt skond il-ligi

Ma ssorprendejt ruħi xejn li d-deputat Laburista Leo Brincat il-bierah għażel li juża ż-żewġ artikli tiegħu, bil-Malti u bl-Ingliż, biex fihom jirrepeti l-argumenti qarrieqa tal-Oppożizzjoni wara s-sentenza li tat il-Qorti dan l-aħħar fuq il-process tal-appell fuq il-permess ghall-impjant ta’ Sant’Antnin.

Il-Qorti irreferiet ghall-Ligi dwar l-Ippjanar tal-Izvilupp b’mod partikolari l-artikolu 15 li jitratta l-komposizzjoni tal-Bord ta’ l-Appelli dwar l-Ippjanar u qalet dan ma jiprovdiex “appearance of independence”. Il-fatti huma li din id-decizjoni, la direttament, u wisq anqas indirettament, ma sabitni ħati ta’ ksur ta’ xi dritt fundamentali kif Leo Brincat ghogbu jikteb. Tant hu hekk li fl-istess deċiżjoni tal-Qorti lanqas ma hemm indikat li jien, bħala Ministru responsabbli, b’xi mod involvejt ruħi fil-proċess quddiem il-Bord ta’ l-Appell. Il-każ kien deċiż fuq "appearance of independence" u mhux li ġara xi ħaġa li permezz tagħha ġie miksur xi dritt fundamentali.

Jien imxejt skond il-ligi. Il-Qorti sabet li l-ligi jehtieg tinbidel, kif fil-fatt diga nbidlet minn dak inhar li saret il-kawza. Imma l-fatti ma jgħoddux għal widnejn l-Onor Brincat. L-Onor Brincat, bħall-Partit li jahdem fih, jinteressahom biss li jħammġu u jitfgħu t-tajn. L-Onor Brincat żgur li mhux l-aktar politiku adatt li jitkellem fuq id-drittijiet tal-bniedem meta huwa wieħed mill-fdalijiet ta’ reġim soċjalista li, fost oxxenitajiet kbar oħra, iggverna għal ħames snin kontra r-rieda tal-poplu u ghamel attakk wara l-iehor fuq id-drittijiet fundamentali tal-bniedem. Dak iż-żmien Brincat ma kellu ebda diffikulta’ li jifforma parti minn dak il-Gvern, u jiggustifika dawk l-azzjonijiet. Leo Brincat jiprova jnessina xi kultant li hu ghal sentejn serva bħala Segretarju Parlamentari responsabbli mill-Informazzjoni tal-Gvern u mill-Housing f'regim li ma kellux il-fiducja tal-poplu.

1 comment:

Adrian said...

Keep up the good work...do what is required to keep us going.

We should all be proud that our country, which historically was at the forefront of environment protection, keeps up the momentum.

Adrian