Ħaddiema tal-ELC irrimarkawli li fejn qabel kien isir ħafna serq ta’ fjuri mir-roundabouts u minn postijiet oħra li għall-ewwel darba kien isir intervent ta’ tisbiħ fihom illum il-ġurnata jinnutaw li s-serq naqas konsiderevolment, kważi kważi spiċċa għal kollox. Dan jirriafferma t-titjib fl-attitudni u s-sens civiku li rajna f’pajjizna, ghalkemm xorta fadal x’intejbu.
Matul l-aħħar sena bħal ma ilu jsir minn meta twaqqaf l-Environment Lanscape Consortsium tkompla x-xogħol fejn żdiedu ż-zoni tal-manutenzjoni u postijiet msebbħa. L-ELC kull sena qed iżid fl-ammont, ta’ fjuri, pjanti u siġar li qed isebħu t-toroq ta’ pajjiżna. In-numri jitkellmu weħidhom, fejn fl-2007 tħawwlu ftit aktar minn 800,000 pjanta, is-sena li għaddiet tħawwlu 1.75 miljun pjanta ! Il-ħaddiema tal-ELC qed ikunu aktar produttivi u effiċjenti sabiex isebħu dejjem aktar il-pajjiż.
L-ELC kellha mira li għal din is-sena tħawwel man-nofs miljun pjanta kull kwart tas-sena biex sal-aħħar tas-sena tkun sebħet pajjiżna b’xejn anqas minn 2 miljun pjanta! B’sodisfazzjon ngħid li għall-ewwel kwart ta’ din is-sena l-ELC mhux biss żammet mal-mira tagħha iżda saħansitra qabżet il-mira b’100,000 pjanta oħra, iġifieri total ta’ 600,000 pjanta. Din hija bidla ohra kbira li ra pajjizna, liema bidla meta ghamilniha ukoll konna sibna l-Opposizzjoni tikritikana fuqha. Imbaghad bhas-soltu ghamlu U-turn u anke huma bdew ifahhru l-esperjenza tal-ELC !
No comments:
Post a Comment