Jumejn ilu rrizenja mill-hajja politika l-Vici Kancillier, Ministru tal-Finanzi u Kap tal-Partit Popolari OVP tal-Awstrija, Josef Proell. Telaq mill-hajja politika minhabba kumplikazzjonijiet f’sahhtu meta ghad ghandu biss 42 sena. Ix-xahar li ghadda ddahhal l-isptar b’urgenza u sabu li kellu blood clot fil-pulmun. Ghall-ewwel hasbu li jista jirpilja izda mbaghad sabu li jehtieg inaqqas sew l-attivita’ mpenjattiva tieghu jekk ma jridx ikollu kumplikazzjonijiet ohra.
Ahbar verament kerha. Politiku fl-aqwa tieghu jkollu jaghzel li jirrinunzja ghall-hajja politika. Ili naf lil Josef Proell sa mill-2004 meta sirt Ministru responsabli mill-Agrikoltura. Josef u jien sirna ministri kwazi fl-istess perjodu. Matul iz-zmien rabbejna hbiberija bejnietna. Darba minnhom sahansitra kien stedinna nzuru lill-genituri tieghu li jiproducu l-inbid. Kienet esperjenza sabiha. L-ahbar tal-bierah ghalhekk hasditni kemm mill-aspett politiku kif ukoll dak personali. Ma ghandix dubju li din kienet decizzjoni difficli hafna ghalih. Fl-ahhar mill-ahhar nemmen li ghazel b’dieqa l-ahjar triq ghalih, ghal martu Gabi u t-tlett uliedu.
Din l-ahbar geghlitni nirrifletti. Hafna drabi l-folla ftit tifhem id-diffikultajiet li jghaddi minnhom il-politiku fil-hajja tieghu. Sakemm tkun fil-politika ssir kwazi “propjeta’ pubblika” bi ftit hin u spazzju privat ghalih innifsu jew mal-familja. Xi whud jinsew li l-politici huma nies tad-demm u l-laham li hafna drabi ghandhom familja. Hafna politici jaghmlu sagrificcji kbar biex jghaqdu d-dmirijiet li jinghataw responsabilita’ jgorru jew biex ikunu vicin il-kostitwenti taghhom u jaraw li dawn jiehdu s-servizzi li jkun jixirqilhom.
Dawn kienu l-hsbijiet li ghaddew minn mohhi ukoll nhar is-Sibt li ghadda meta attendejt il-funeral tal-ex Ministru tal-Agrikoltura, Freddie Micallef. Il-knisja tal-Mosta kienet mimlija. In-nies gew biex jaghtuh l-ahhar tislima. Ma kontx nafu b’mod personali imma ridt inkun prezenti biex insellimlu bhala ex Ministru tal-Agrikoltura. Minn dak li smajt kien bniedem li ta attenzjoni lil dan is-settur, li mhuwiex wiehed facli.
No comments:
Post a Comment