L-effettivita’ jew l-efficjenza ta’ apparat li jiġġenera enerġija nadifa tiddependi ħafna fuq installazzjoni korretta. Ħafna jinsew li x-xiri ta’ apparat bħal dan jinvolvi katina ta’ prattiċi korretti li jinkludi wkoll l-installazzjoni. Ħadt gost għalhekk ninnota li l-Istitut għall-Enerġija Sostenibbli tal-Universita` ta`
Il-korsijiet huma approvati mill-Awtorita` ta’ Malta għar-Riżorsi (MRA). Il-kandidati li se jtemmu dawn il-korsijiet b’suċċess se jkunu jistgħu japplikaw għal ċertifikazzjoni ta’ installaturi mill-MRA. Din is-sistema ġdida ta’ ċertifikazzjoni se tkun konformi mar-regolamenti tad-Direttiva tal-Enerġija Sostenibbli tal-Unjoni Ewropea, li tisħaq li l-Istati Membri kollha għandu jkollhom skema taċ-ċertifikazzjoni tal-installaturi jew skemi ekwivalenti ta’ ċertifikazzjoni għas-sistemi tal-enerġija sostenibbli sa’ Diċembru 2012.
Għan ieħor prinċipali ta’ dawn il-korsijiet huwa li jipprovdi informazzjoni essenzjali għad-disinjaturi, bennejja u inġiniera, sabiex ikunu jistgħu jippjanaw bil-quddiem għall-installazzjoni ta’ sistemi solari f’binjiet ġodda jew dawk li jkunu qed jigu rinnovati. Napprezza li l-Universtia’ tifhem dan ir-rwol importanti li hi trid taqdi u nawgura li dawn il-korsijiet ikollhom is-suċċess mixtieq.
No comments:
Post a Comment