Aug 30, 2011

Tlifna gentlom ta' veru

Kieku xi hadd kellu jsaqsini “Liema minn nies li taf, tikkonsidra bhala l-aktar 10 gentlomi ?” Fir-risposta tieghi zgur li ninkludi lis-Sur Edwin Meli bhala wiehed minn ta' quddiem fil-lista. Lis-Sur Edwin ili nafu minn meta ta’ eta’ zghira hafna bdejt ninzel il-pitch tal-waterpolo tas-Sliema. Sfortunatament matul il-lejl li ghadda s-Sur Edwin hallina fl-eta’ ta’ 86 sena. L-ahhar li kellimtu kien proprju l-Hadd li ghadda meta mort narah l-isptar. Laqatni l-mod helu li laqghani bih, minkejja li bilkemm kien ghad fadallu sahha. Kien imdawwar bil-familja kollha madwaru.

Is-Sur Meli kien mhux biss il-President izda fuq kollox kwazi missier ghal dawk kollha li kienu jinzlu l-pitch. Persuna ta’ dixxiplina u serjeta’ kbira izda dejjem bi tbissima u b’xi battuta biex jibghat messagg posittiv. Jistma u jaghti mportanza lil kulhadd. Ma jimpurtax mill-liema background socjali gej, ghalih int importanti. Kien gentlom ma’ kulhadd, anke mal-avversarji. Il-korrettezza kienet ghalih mod ta’ hajja, fil-business, fl-isport u fil-familja li tant kienet ghal qalbu. Ghal xi zmien kien dahal fil-politika mal-PN izda pprefera l-impenn fl-isport.

Ta hafna minn hajtu lill-isport u lil Tas-Sliema. Lis-Sliema Aquatic Sports Club ta’ servizz bhala President ghal 36 sena shah sal-1992 meta gie elett Michael Soler. Is-Sur Edwin kien wiehed mill-kollonni li fuqu nbena l-club tal-waterpolo tas-Sliema ta’ llum u ghalhekk kien xieraq li meta fis-snin disghin il-club gie ristrutturat, il-kumpless issemma ghalih.

Ghalkemm hafna tal-eta’ tieghi u izghar jiftakruh l-aktar bhala President tas-Sliema Aquatic Sports Club, fil-verita’ kien qatta’ zmien twil bhala President anke tal-club tal-football tas-Sliema Wanderers. Fil-fatt kien President mill-1955 sa 1959 u rega serva ta’ President bejn 1961 u l-1962. Fi zmienu s-Sliema Wanderers kienu rebhu xejn anqas minn 12-il unur.

Is-Sur Edwin hallina. Izda l-ezempju tieghu jibqa mhux biss mal-isportivi izda ma’ dawk kollha li f’hajjithom kellhom ix-xorti li jkunu jafuh. Nhar il-Hamis fid-9.30am naghtuh l-ahhar tislima fil-Knisja ta’ Stella Maris f’Tas-Sliema.

Aug 25, 2011

Ergajna qed nghixu l-istorja

Il-generazzjoni tieghi kellha x-xorti tara l-waqgha tal-hajt ta' Berlin u l-waqgha tal-komunizmu. Niftakru lill-Ewropa mifruda b'purtiera tal-hadid, kif kien sejhilha Winston Churchill, li biha l-komunizmu fired u faqqar lill-Ewropa tal-Lvant, suppost f'isem "il-haddiema". Imma wara l-1989 rajna hafna popli jqumu kontra l-komunizmu u hafna mill-pajjizi li kienu komunisti jidhlu maghna fl-Unjoni Ewropea.

Dik ir-rivoluzzjoni li gabet il-liberta', id-demokrazija u stil hieles tal-hajja fl-Ewropa tal-Lvant qed naraw ohra bhalha fid-dinja Gharbija. Fit-Tunezija u fl-Egittu, regimi taparsi tal-haddiema kkrollaw taht l-ghajta kbira tal-popli taghhom ghall-helsien veru. Issa waqghet ukoll id-dittatura tal-Kurunell Gaddafi fil-Libja - pajjiz suppost sinjur biz-zejt imma mhux biss ma zviluppax kif kellu jizviluppa izda fuq kollox gie mahkum minn tmexxija li honqot il-liberta' tal-espressjoni.

Ahna nifirhu ma' min qed jissielet biex igib il-liberta' u d-demokrazija fil-Libja. Gvern mmexxi mill-Partit Nazzjonalista dejjem gab ruhu b'korrettezza bhala Gvern mal-Gvern Libjan ghax hu fl-interess ta' Malta li jkollha relazzjonijiet tajbin mal-pajjizi girien kollha. Imma l-Partit Nazzjonalista qatt ma kien sieheb id-dittatura Libjana. U zgur qatt ma gab lill-Kurunell Gaddafi jiehu sehem u jitkellem f'attivitajiet pubblici tal-partit, kif ghamel kemm-il darba l-Labour li bhala partit kellu rabta qawwija mar-regim tal-Kurunell Gaddafi. Sahansitra hemm min jghid li Gaddafi kien jiffinanzja lil Partit Laburista.

Il-waqgha tad-dittatura tal-Kurunell Gaddafi hi biss l-ewwel pass. Il-Libja tant kellha dittatura kerha li m'hemm lanqas l-ebda hjiel ta' istituzzjonijiet li jistghu jibdew jhaddmu malajr id-demokrazija, l-liberta', il-helsien ekonomiku u s-saltna tad-dritt. Nittama li l-poplu Libjan isib l-ghaqda halli jibni l-istituzzjonijiet li mhux biss jaghtuh il-liberta' politika izda fuq kollox l-istituzzjonijiet li jghinuhom jibnu zvilupp ekonomiku li jinqasam b'gustizzja fost il-poplu.

It-triq mhux se tkun facli, anke ghax kontra r-rivoluzzjoni Tunezina u dik Egizzjana, r-rivoluzzjoni Libjana ssarfet f'pajjiz b'infrastruttura mkissra. Nittama li l-punent issa jaghmel l-ahjar tieghu biex jghin lill-poplu Libjan jibda jilhaq l-aspirazzjonijiet tieghu

Aug 22, 2011

Xoghol delikat fuq is-swar tac-Cittadella

Tul dawn l-aħħar sentejn kienu qed isiru l-istudji kollha biex jigi stabbilit il-livell ta’ deterjorazzjoni li qed jaffettwaw is-swar taċ-Ċittadella. Mbaghad minn Jannar ta’ din is-sena nbeda x-xogħol ta’ restawr fuq dan is-sit storiku importanti. Bħalissa, għaddej ix-xogħol fuq il-bastjun ta’ San Mikiel li jkopri l-medda tas-swar li jħarsu lejn il-belt tar-Rabat. Fil-ġranet li għaddew zort mal-Ministru għal Għawdex biex naraw il-progress tax-xoghol.


It-tip ta' hsara fil-gebla huwa kemmxejn differenti minn dak li sibna fis-swar l-ohra tal-Imdina, Birgu u l-Belt Valletta. Dan minhabba l-aktar il-kwalita' tal-gebla li biha nbnew dawn is-swar. Filfatt il-gebla tac-Citadella hija kkaratterizzata minn alveolar deterioration (fejn partijiet tal-gebla jkunu mikula hafna u fil-fond). Dan qed jirrikjedi xoghol partikolari ta' tishih. Dan wassal ghall-amont aktar ta' xoghol.


Issa se jinbeda x-xoghol fuq il-kumplament tas-swar li jħarsu lejn it-Tramuntana, jigifieri l-parti li thares lejn iz-Zebbug. F’dan il-każ, minbarra r-restawr fuq il-gebla tas-swar, se jsir xoghol ta' konsolidament tal-blat li fuqu hi mibnija din il-medda ta’ swar. Minħabba l-karatteristiċi ġeoloġiċi tiegħu dan il-blat fih hafna konsenturi li setghu jwasslu ghall-kollass tal-istess swar hekk kif partijiet mill-blat jcedu. L-istudji li saru tul dawn l-aħħar sentejn wasslu biex jiġi ddisinjat ankoraġġ tal-blat instabbli, liema xoghol issa se jinbeda fil-gimghat li gejjin. Minn fuq is-swar tac-Cittadella, kif qed isir fil-bliet l-ohra, l-Enemalta qed tnehhi cables u wires li kienu mhux biss qed ikerrhu s-swar imma anke jikkawza hsarat. Sal-2013 se jiġi rrestawrat kilometru ta’ swar li fuqu hi mibnija ċ-Ċittadella b'investiment ta’ €3.3 miljun.


Jekk wieħed iżur il-Belt, l-Imdina, il-Birgu u ċ-Ċitadella Ghawdex diġà jista jibda jara r-riżultati ta’ dan il-proġett estensiv ta’ restawr. Bejniethom, dawn l-erba’ proġetti ta' restawr fl-erba’ bliet ser jinvolvu restawr ta’ madwar 135,000 metru kwadru ta’ faċċati ta’ swar fuq tul ta’ madwar 6 km ta’ fortifikazzjonijiet, bi stima totali ta’ madwar 36 Miljun Ewro. Bi 85% fondi mill-Unjoni Ewropea u 15% minn fondi nazzjonali.

Aug 15, 2011

Bambinella - frotta li toffri opportunita'

Kulħadd jaf kemm f’dan iż-żmien tas-sena l-għelieqi f’pajjiżna bis-saħħa ta’ ħidmet il-bdiewa tagħna jagħtuna frott tajjeb, frisk u ta’ kwalita’. Li frotta mkabbra f’Malta tispiċċa f’suq barra minn xtutna kienet ħolma li grupp ta’ produtturi rnexxielhom isarfu f’realta’. Tlett snin ilu l-katina tas-supermarkets Marks & Spencer bdiet timporta l-bambinella ta’ Malta u tbiegħha fis-suq tar-Renju Unit. M’għandniex xi ngħidu, dan il-prodott ma damx wisq biex indara tant li minn 3,000 kilo ta’ bambinella esportata fl-2009, din is-sena se jkunu esportati mal-10,000 kilo.

Il-bierah filghodu f’Jum Santa Marija, żort lil bidwi Guzi Psaila, flimkien ma’ uliedu Etienne u Leander, f’art fis-Siggiewi fejn ghandu mal-200 sigra tal-bambinella u qed josportha flimkien ma’ seba’ bdiewa ohra. Guzi ghandu wkoll mal-500 sigra tal-hawh u 150 sigra ohra ta’ nuciprisk u langas. 22 tomna ta’ frott f’zona mill-isbah ta’ pajjizna, maghrufa bhala It-Taflija li tigi faccata tas-Salib tal-Gholja. Mill-art ta’ Guzi ggib tahtek parti kbira minn pajjizna.

Waqt li konna nduru Peter Axisa, Kap Ezekuttiv tat-Ta’ Qali Producer Group (TQPG) li tesporta dan il-frott, spjegali li l-ħsieb kien li jkunu esportati mat-12,000 kilo ta’ bambinella iżda minħabba t-temp kif kien f’dawn l-aħħar xhur dan ma kienx possibbli. Hu spjegali wkoll li biex irnexxielhom jibdew jesportaw dawn il-prodotti f’din in-nicca, il-kumpanija kienet u għadha stretta ħafna fuq il-kwalita’. Għalhekk l-t-TQPG tiltaqa’ mal-bdiewa li jkabbru dan il-prodott biex jilħqu l-istandards neċessarji anke skond protokol maqbula mal-M&S.

L-esportazzjoni tal-bambinella toffri opportunita' ohra għall-ħidma tal-bdiewa tagħna li minn mindu dħalna fl-Unjoni Ewropea, flok beżgħu u qagħdu lura, qamu għall-okkażżjoni u sfruttaw is-sħubija tagħna fl-UE. Inridu nkomplu naħdmu flimkien biex il-bdiewa tagħna jkomplu jagħrfu t-tibdil tas-suq u jkomplu jiprovdu ħaxix u frott frisk u ġenwin skont ix-xewqa tal-konsumatur.

Meta dehret din l-istorja wiehed kiteb hekk fuq timesofmalta.com : “It`s strange we send our best produce out ,and we get rubbish from abroad......”. Issa wiehed irid jifhem li l-bidwi ghandu dritt ibiegh il-prodott tieghu fejn ihossu komdu li jbieghu u ma ghandniex dritt nimponulu f’liema suq ibiegh. Lill-konsumatur Malti tajnih opportunita’ u l-ghazla li jixtri frott u haxix dirett minghand il-bidwi mill-Farmers Market. Ovvjament dan is-suq ta l-opportunita’ lil bidwi wkoll igib prezz aktar xieraq ghal hidmietu. Dan kien pass tajjeb imma jonqosna naghmlu passi ohrajn biex il-konsumatur u l-bidwi jkun moqdi ajhar.

Lejn efficjenza akbar

F’dawn il-granet kelli opportunita’ nzur is-sistema centralizzata ta’ cooling u heating li l-kumpless MIDI installa dan l-ahhar. Hija sistema li tkessah jew issahhan l-arja skond il-bzonn billi ticcirkola l-ilma li jigi mkessah jew msahhan minn impjant li gie installat taht l-art.

Is–sistema taqdi 250 appartament , 45,000 metru kwadru ta’ stabbilimenti kummercjali u l-ispazju kollu ta’ ufficcji ta’ dan il-kumpless. B’hekk ma hemmx htiega li jkunu nstallati air conditioners f’kull appartament/stabbiliment kummercjali/ufficcju bic-cans ta’ mpjanti mal-faccati jew fuq il-bjut. B’hekk wiehed jevita wkoll il-hsejjes li units ta’ air conditioning normalment jiggeneraw.

L-akbar vantagg ta’ sistema bhal din hija l-efficjenza fil-konsum. Hu kkalkulat li r-residenti jifrankaw bejn 25 u 30% fl-ispejjez biex ikesshu u jsahhnu l-arja tal-ispazju taghhom. Apparti il-vantagg ta’ nuqqas ta’ manutenzjoni. Barra minn hekk filwaqt li l-average lifespan ta’ sistema ta’ arja kundizzjonata hija ta’ madwar 10 snin, sistema centralizzata bhal din ma tinbidilx qabel 25 sena ohra. Vantagg iehor huwa t-tnaqqis fl-emissjonijiet ta’ CO2 fl-arja. Fil-fatt hu kkalkultat li jkunu ffrankati ‘l fuq minn 4,000 tunellata ta’ CO2 fis-sena, ekwivalenti ghal kemm jitfghu fl-arja CO2 madwar 800 karozza fis-sena.

Waqt li kont qed inzur dan l-impjant tlabt lill-inginiera tal-impjant jorganizzaw zjarat lill-komunita’ ta’ inginiera lokali kif ukoll kuntratturi biex jaraw huma wkoll dan l-impjant u l-vantaggi li dan joffri. Ghandna bzonn li best practices bhal dawn isiru aktar maghrufa halli haddiehor jithajjar jiehu inizjattivi simili u jimplimenthom ghar-realtajiet tieghu.

Aug 11, 2011

Minn iswed ghall-abjad.

Il-qabza fil-kwalita’ tal-imbejjed maltin u ghawdxin fl-ahhar snin hija ndiskutibbli. Parti mis-success hija dovita ghall-ghajnuna li tajna matul l-ahhar snin biex jithawlu aktar dwieli f’pajjizna. F’pajjizna llum ghandna kwazi elf ettaru ta' art bid-dwieli. Tajna madwar €8.5 miljuni fondi Ewropej kemm lil bdiewa li jkabbru d-dwieli kif ukoll lil processuri biex jpoggu fuq is-suq imbejjed ta' kwalita'. Imma ghandna mismatch bejn id-demand u s-supply tal-imbejjed mitluba mill-konsumatur. Is-suq qed jitlob aktar inbid abjad milli effetivament qed jitkabbar għeneb għall-għasir biex ikun prodott l-inbid abjad. Id-dwieli mħawwla f’Malta u Għawdex huma maqsumin 45% għeneb ghall-abjad, 20% għeneb għal-rose, u 35% għeneb għall-inbdid aħmar. Biss minkejja dan il-konsum ta’ inbid fil-gżejjer Maltin huwa maqsum skont dawn il-persentaġġi – Inbid abjad 60%, Inbid Rose’ 10% u Inbid aħmar 30%.

Biex nindirizzaw din is-sitwazzjoni morna biex nintroducu programm ta’ tilqim ta’ dwieli biex minn għeneb aħmar jipproduċu għeneb li jintuża għall-produzzjoni tal-inbid abjad. Il-bierah fil-fatt żort għalqa tad-dwieli, ta’ wieħed minn 40 bidwi li din is-sena bdew igawdu minn dan il-programm. Fost il-varjetajiet ħomor li qegħdin jiġu mlaqqmin hemm Syrah, Tempranillo u Sangiovese liema varjetajiet qegħdin jiġu mlaqqmin għal dawk bojod bħal Chardonnay, Moscato Bianco u Sauvignon Blanc. Sa issa tlaqqmu mal-55 tomna ta’ raba u huwa proġġettat li f’dawn it-tlitt snin li ġejjin ikun tlaqqmu madwar 200 tomna dwieli.

It-teknika użata għat-tilqim użata hija gdida ghal pajjizna u tissejjah Top Grafting. Giet introdotta permezz ta’ kumpanija Franċiża – World Wide Vineyards. Hadna hsieb naraw li waqt li ghaddej dan l-esercizzju jkollna grupp ta’ Maltin li jitghallmu din it-teknika sabiex it-tilqim fil-futur isir minn dawn il-Grafters tal-Organizzazzjoni tal-Produtturi Vitimalta.

Dan it-tilqim qed ikun suċċess tant li r-rata ta’ suċċess kienet ta’ 90%. Il-proġett qed ikun iffinanzjat mill-Ministeru u mill-Organizzazzjoni tal-Produtturi, fejn il-Ministeru qed jiffinanzja s-somma ta’ €100,000 u l-Organizzazzjoni se tiffinanzja s-somma ta’ €40,000 fuq tilqim li jsir fit-tieni u t-tielet sena mill-membri tagħha. B’hekk mhux biss jinqdew il-bdiewa li jkabbru d-dwieli imma jinqeda l-konsumatur li jsib l-imbejjed ta’ kwalita’ ta’ pajjizna li jkun jixtieq hu.

Aug 9, 2011

Gharghur u Exiles - investiment fl-isports

Nhar il-Hadd attendejt għall-inawgurazzjoni tal-ground tal-football ġdid fil-lokalita’ tal-Għargħur b’pitch sintetiku ġdid ta’ kwalita’ u b’facilitajiet ohra godda. Dawn il-facilitajiet godda ikomplu jaghtu stimolu gdid lil kemm lir-rahal kif ukoll lill-klabb tal-futbol li ghadu kif rebah il-kampjonat. Wara l-inawgurazzjoni stajt nara flimkien mal-Prim Ministru presentazzjoni li juri kif kien il-club qabel u pass pass kif sar ix-xoghol. Bi ground li kienu kwazi mizbla illum ghandhom ground mill-isbah. Apparti certu xoghol li sar mit-Taqsima tax-Xoghlijiet, hafna mix-xoghol sar mill-volontiera. Il-Gvern għamel arranġament mal-MFA biex isir investiment ta’ €2 miljun għall-bini ta’ 16-il pitch ġdid tal-football b’turf sintetiku.

Nhar il-Hamis il-Prim Ministru se jinawgura wkoll il-binja gdida tal-club tal-waterpolo tal-Exiles f'Tas-Sliema. Binja tal-aqwa livell u kwalita’. Meta nzilt hemm ftit tal-granet ilu mhux biss ammirajt il-facilitajiet izda ammirajt fuq kollox id-determinazzjoni tal-President u shabu biex jidhlu ghal bicca xoghol ambizzjuza bhal din u jwettquha. Dan huwa club li ghex dejjem fid-dell ta’ clubs ohra gganti bhas-Sliema, Neptunes u San Giljan u ghalhekk dan l-investiment iwiehed irid japrezzah aktar. F’mumenti bħal dawn tapprezza bla ma trid il-ħidma volontarja ta’ dawn il-membri li jiddedikaw ħafna mill-ħin tagħhom għal ġid tal-komunita’ u l-isports !

Ir-rata ta’ parteċipazzjoni f’dixxiplina sportiva f’pajjiżna meta mqabbel ma’ dik tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea hi waħda tajba ħafna. Stħarriġ tal-Eurobarometer juri li 40% taċ-ċittadini tal-UE jipprattikaw xi sport tal-anqas darba fil-ġimgħa. Il-persentaġġ ta’ Malta f’dan ir-rigward ilaħħaq it-48%. Illum aktar minn 10,000 tifel u tifla qed jipparteċipaw f’wieħed mit-8 programmi sportivi mtella’ mill- Kunsill Malti għall-Isports.

Matul l-ahhar snin sar investiment massicc fil-facilitajiet sportivi mifruxa madwar pajjizna. Il-Gvern f’dan il-qasam ukoll investa bil-kbir. Biss biss wiehed irid isemmi li l-Gvern jagħti lill-għaqdiet sportivi għajnuna finanzjarja li tlaħħaq il-€5.5 miljun permezz ta’ 25 skema differenti. Barra hekk daħħalna skema ġdida li permezz tagħha ġenituri li jibgħatu t-tfal f’nurseries jew akkademji sportivi jħallsu anqas income tax. Ir-riżultat ta’ dan kollu hu livell t’għixien aktar b’saħtu għall-uliedna u l-komunita’. Qabża fil-kwalita’ tal-ħajja tan-nies.

Aug 5, 2011

Djalogu miftuh

Nhar l-Erbgha ergajt kont mistieden nindirizza il-Kunsill Generali tal-UHM. L-ahhar li kont indirizzajt dan il-Kunsill kien xi sentejn ilu. Tajt harsa lejn il-hidma tal-Ministeru tieghi, l-investimenti principali li qed naghmlu u dak li hu ppjanat li naghmlu fix-xhur u s-snin li gejjin specjalment fi progetti ta’ tisbih, fir-restawr, fl-immanigjar tal-iskart u fl-infrastruttura ghall-energija minn sorsi nodfa u ohrajn konvenzjonali. Meta tigbor l-affarijiet flimkien, anke jien nimpressjona ruhi x’hidma kbira qed naghmlu. Fil-presentazzjoni tieghi spjegajt ukoll li dan l-investiment ghandu relevanza ekonomika u soċjali kbira.

Wara l-presentazzjoni tieghi kien hemm diskussjoni miftuha tajba hafna. Il-mistoqsijiet li saruli kienu ffukati u nteressanti hafna. Wiehed mill-interventi ffoka fuq il-generazzjoni ta’ green jobs f’pajjizna. Saret enfasi minn wiehed mid-delegati li l-investiment li qed isir fil-qasam tal-immanigjar tal-iskart u l-energija nadifa b’mod specjali qed jaghtu zvogg ghall-impjieg ta’ persuni b’hiliet differenti. F’dan l-ifond tkellimna dwar l-ghajnuniet li l-Gvern jaghti lill-familji u l-industrija biex jinvestu f’energija nadifa. Dawn l-incentivi qed jghinu biex jinholqu aktar impjiegi f’dan il-qasam, tant li fl-ahhar snin pajjizna ra zieda fin-numru ta’ kumpaniji li qed ipoggu fis-suq prodotti efficcjenti fl-energija. Mistoqsija ohra ffukat fuq l-ghazliet li jrid jaghmel pajjizna biex il-volum ta’ skart separat jkompli jizdied ghax mhux gust li bosta qed jaghmlu l-isforz u ohrajn ma jindenjawx jaghmlu l-parti taghhom. F’dan ir-rigward thadditna dwar incentivi jew forsi disincentivi li pajjizna jista jikkonsidra li jaddotta.

Din il-laqgha kompliet tikkonvincini kemm hu mportanti li nzommu djalogu haj mal-partijiet socjali, specjalment ma’ union importanti bhal UHM, mhux biss f’forum formali bhal MCESD fejn jigu raprezentanti tal-partijiet socjali, izda b’mod aktar wiesa mad-delegati taghhom. Hu fl-interess taghna li naghmlu dan sabiex ingibu feedback anke fuq l-idea li nkunu qed nsawru.

Hadt l-okkazzjoni wkoll biex ninkwadra l-hidma tal-Ministeru tieghi u tal-Gvern fl-isfond tas-sitwazzjoni ekonomika mhux biss ta’ pajjizna izda dik ewropeja u dinjija. Meta wiehed iqis il-maltemp li ghaddej madwarna u jhares lejn l-andament ta’ pajjizna, bilfors jasal ghall-konkluzzjoni li pajjizna ghadu qed jiggenera gid sostanzjali, izda rridu noqghodu b’sebgha ghajnejn u nagixxu b’ghaqal f’dan il-mument sensittiv biex inkomplu nissalvagwardjaw l-impjiegi u noholqu opportunijiet godda ta’ xoghol.

Aug 3, 2011

Gganti tal-iskultura

Il-gimgha l-ohra kelli l-opportunita’ nzur zewg wirjiet importanti marbuta mal-arti tal-iskultura f’pajjizna. L-ewwel wirja kienet dik dwar l-iskultur Censu Apap li ttelghet f’Ghawdex mill-Ministeru ghall-Ghawdex. Wirja dwar ggant tal-iskultura. Isem marbut ma’ bosta monumenti f’pajjizna. Monumenti lil Boffa, Borg Olivier, Churchill, Calì, Dante, Fra Diegu, l-Arcisqof Gonzi, Nerik Mizzi, Preziosi u l-Funtana tat-Tritoni. Dawn huma biss ftit mix-xoghlijiet ta’ skultura li rregalala Apap lil pajjizna.

Censu Apap twieled fil-Belt Valletta fl-1909. Laqtitni skultura li Censu Apap ghamel meta kien ghad kellu biss 14-il sena. Skultura ta’ ohtu u wiehed minn hutu. Kapulavur ta’ tifel. Impressjonanti. Gab l-espressjonijiet taghhom perfetti. Jinghad li minn meta kien ghadu l–iskola dejjem kien ikollu xi bicca tafal f’idu taht il-bank biex jimmudella xi haga.

Censu Apap kompla jitghallem l-iskultura fil-British Academy of Art ta’ Ruma taht id-direzzjoni ta’ Antonio Sciortino. Ftit wara li gie lura, rebah, meta kien ghad kellu biss 22 sena, il-kompetizzjoni pubblika biex isir monument lil Fra Diegu. Hafna studjuzi jsostnu li Censu Apap kellu memorja fotografika. Kien jinnota l-espressjonijiet b’heffa liema bhalha. Kien gie kummisjonat ukoll minn Lord Mountbatten biex hadem bosta bustijiet ta’ membri tal-familja Rjali. Dan il-fatt kien qanqal rabja u ghira fost l-artisti Inglizi li hassewhom umiljati li l-familja Rjali kienet qeghda tikkummissjona Malti u mhux lilhom.

Wirja ohra li rajt hija dik li ttelghet fic-centru tal- Bank of Valletta f’Santa Venera minn Paul Haber. Wirja li gabret taht saqaf wiehed bosta mix-xoghlijiet ta’ dan l-artist versatili. Haber twieled fix-Xewkija u fl-1962 mar jistudja l-iskultura fi 3 kulleggi barra, fl-Italja u Renju Unit. Laqtitni hafna l-versatilita’ tieghu. Arti moderna fit-tafal, f’diversi forom, f’diversi kuluri u texture. Jidher car li Haber jispira ruhu mill-forom tan-natura. Waqt li dort il-wirja mieghu, Haber kellimni fuq ix-xewqa tieghu li jressaq l-arti vicin in-nies u fil-postijiet tan-nies. Aktar milli nistennew li l-pubbliku jmur hu jara l-arti, l-idea hi li jiehu l-arti fl-ispazji li l-pubbliku diga juza.