Kien hemm qbil li l-vot jittieħed nhar l-Erbgħa 5 t’Ottubru u l-Opposizzjoni saħansitra kienet qalet li se tivvota favur, biex il-mozzjoni tgħaddi b’mod unanimu. Imma mbagħad ġraw is-“sorpriżi”. Alfred Sant qajjem kjass b’hafna mistoqsijiet li seta’ faċilment għamilhom qabel għax kellu l-ħin iżda għazel li jiġi jfettaq. U l-mozzjoni ġiet posposta għat-Tnejn li għadda ! Dakinhar Alfred Sant reġa ġie jfettaq fil-Kamra u saħansitra nsista li l-process jittawwal billi jinħatar Kumitat ħalli “jistudja”. U l-mexxej Joseph Muscat x’ghamel ? Lanqas biss kien fil-Kamra tal-Parlament ! Assenti. Ħalla lil Alfred Sant jpoġġi fil-periklu r-reputazzjoni ta’ pajjiżna fil-qasam finanzjarju u dak politiku ewropew. Ma tarax li jħabbel rasu Muscat. Kull ma jinteressah jara kif jotjeni l-poter. Probabilment kien f’xi laqgha fid-dar tal-hġieġ ma’ xi businessmen jiprova jikkonvincihom li meta hu jkun Prim Ministru se jkunu jistgħu jkomplu jinvestu !
Wegħdiet jaf jagħmel kieku. Imma meta jiġi fis-si u n-no x’jagħmel ? Jabdika. Jiskarta b’mod irresponsabli. Din kienet mozzjoni mportanti ghax il-Parlament Malti ried jagħti l-appoġġ tiegħu għall-pakkett finanzjarju li ħejjiet l-Unjoni Ewropea biex issalva lill-Greċja minn falliment finanzjarju. Kulħadd jaf li jekk tfalli l-Grecja dan ikollu effett diżastruz fuq is-swieq tal-pajjiżi li jużaw il-Euro. Dawk is-swieq li lilhom inbiegħu l-prodotti li niproducu f’Malta kif ukoll servizzi. Dawk is-swieq li minnhom jiġu 80% tat-turisti ta’ pajjiżna. Ghalhekk importanti dik il-mozzjoni ghall-ħaddiema kollha anke ta’ pajjiżna u mhux għall-ħaddiema Griegi biss !
Imma le ghal darb’oħra l-Partit Laburista u Joseph Muscat, b’mod mill-aktar irresponsabbli ġew jaqgħu u jqumu minn dan kollu u ppreferew ipoġġu fil-periklu lill-ħaddiema ta’ pajjiżna milli jerfgħu r-responsabilita’ tagħhom. Kellu raġun il-Prim Ministru jgħid dalgħodu fis-Swieqi “Din kienet opportunita’ biex pajjiżna jibghat messaġġ ta’ stabbilita’ izda minflok il-Partit Laburista għażel li jitfa’ dubji fuq il-politika ewropea ta’ pajjiżna”. Tal-mistħija !
No comments:
Post a Comment