Ir-Ricerka tfisser impjiegi
M’hemm l-ebda dubju li f’dawn l-ahhar ghaxar snin, l-Universita’ ta’ Malta ghamlet passi ta’ ggant fil-kwalita’ ta’ l-edukazzjoni u r-ricerka. Dan grazzi ghall-politika ta’ Gvern li zamm l-edukazzjoni bhala wahda mis-sisien ewlenin ta’ pajjiżna. Kellu ragun il-Prim Ministru jghid din il-ġimgħa li l-innovazzjoni u l-investiment fir-ricerka gewwa l-Universita’ kkonvinċew anzi żammew certi ndustriji jibqgħu f’pajjiżna minflok ma jmorru postijiet oħra. Proprju f’dawn il-ġranet ġew inawgurati żewġ laboratorji ġodda fil-Fakulta tal-Inġinerija. Wieħed specjalizzat fuq biomedical engineering u l-ieħor fuq control systems.Tajjeb insemmi li mis-sena 2000 sa’ llum, in-numru ta’ studenti jattendu l-Universita’ żdied minn 6362 student ghal 11,341 student. Din il-ġimgħa stess l-Universita’ laqgħet fi ħdanha 3561 student ġdid. Inkredibbli! Sa meta spiċċajt jien fl-1990 kien hemm biss ftit ‘il fuq minn 800 student fl-Universita’ kollha! L-opportunitajiet li qed toffri l-Universita’ kibru bil-ftuħ ta’ ħafna korsijiet ġodda minn fejn wieħed jagħżel. Fost dawn hemm korsijiet li jinvolvu oqsma li sa ftit ta’ snin ilu, żagħżagh li xtaqtu jispecjalizzaw fihom kien jkollhom imorru jistudjaw barra minn Malta. Din is-sena n-numru ta' korsijiet li qed jiġi offruti huwa ta' 697, żieda ta' 25 kors fuq is-sena li għaddiet !Il-Gvern kompla jinvesta f’riżorsi umani, billi żied l-ammont ta’ lecturers b’mod konsiderovoli tul l-ahhar snin. Kienu diversi l-membri ta' l-istaff akkademiku li ngħataw boroz ta’ studju sabiex jkunu jistgħu jispecjalizaw f’oqsma ta’ importanza nazzjonali għax isostnu l-attivita’ ekonomika ta’ pajjiżna.Permezz ta’ fondi tal-UE ko-finanzjati mill-Gvern, illum l-Universita’ qed tgawdi minn investimenti ta' miljuni ta' Ewro f’faċilitajiet mill-aktar moderni li jgħinu sabiex tiżdied r-ricerka f’pajjizna. Dawn l-investimenti kif ukoll l-ghoti ta’ boroż ta’ studju mogħtija mill-Gvern kull sena, qed jiftħu bosta opportunitajiet ghaż-żgħażagħ li jixtiequ jinvolvu ruħhom fir-ricerka. Wiehed ma jistax ma jsemmix li s-sħubija ta’ pajjiżna fl-UE għamilha possibli biex l-Universita’ tippartecipa f’proġetti ta’ ricerka ffinanzati mill-UE, li permezz tagħhom qed toħloq kollaborazzjonijiet ma’ Universitajiet u entitatijiet oħra fl-Ewropa. Kif qed nitkellem dwar ir-riċerka ma nistax ma nsellimx lil riċerkatur li ħalliena propju llum, Steve Jobs, li waqqaf il-kumpanija Apple. Miet wara battalja mal-marda tal-kanċer. Nies bħal Steve Jobs juru kemm ir-riċerka hija mprezzabli. Permezz tal-innovazzjonijiet tiegħu l-bniedem għandu mezzi aktar faċli kif jikkomunika u jissoċjalizza ruħu ma’ persuni oħra.
No comments:
Post a Comment