Ta’ l-inqas mal-protesta l-koperattivi ġabu magħhom il-proposti. Issa nevalwaw il-proposti u f’Jannar nagħtu r-reazzjonijiet tagħna. Aħna konna għadna u nibqgħu disposti li niddiskutu ma’ kulħadd tant hu hekk li l-bieraħ stess wara nofs in-nhar saret laqgħa oħra bejn uffiċjali tal-Gvern u l-Koperattivi tas-Sajjieda dwar is-sajd għat-tonn, li kienet diġa skedata minn xi ġranet ilu.
Irrid ngħid li l-Gvern dejjem kien konsistenti fuq is-sostenibilita’ tas-Sajd. Aħna anke meta konna weħidna f’fora internazzjonali dejjem insistejna li s-sajd għandu jitkompla meta kien hemm provi xjentifici li kienu juru li dak is-sajd ma kienx qed jhedded dik l-ispeċi.
Ta’ min ifakkar li minn meta Malta daħlet fl-Unjoni Ewropea fl-2004 Malta se tkun tat lis-settur tas-sajd b’kollox mal-€15-il miljun li jinkludu €11-il miljun minn fondi Ewropej u €4 miljuni minn fondi nazzjonali. Dawn minbarra l-mijiet ta’ eluf ta’ Ewro mogħtija
Irrid nirrimarka li dan l-aħħar wettaqna tibdil fit-tmexxija tad-Dipartiment tas-Sajd biex dan ikun jista’ jaħdem aktar mill-viċin mas-sajjieda. Nittama li din il-protesta li saret m’hix instigate biex tipprova ddgħajjef din it-tmexxija l-ġdida tad-Dipartiment. Nawgura li flimkien b’għaqal u b’serjeta naslu biex inkomplu niddiskutu fi spirtu pożittiv madwar mejda ħalli nkomplu naħdmu flimkien għal-ġid tas-settur.
1 comment:
Ghaqda Koperattiva tas-Sajd ghal darba ohra qeghda tafferma kif diga iddikjarat qabel ma tindahhal xejn fit-tibdil li sar.
Jekk irridu nghidu il-verita din il-Koperattiva ilha zmien tiprepara
ghal isfidi tal-gejjieni. Huwa minnu ukoll li sibna kolaborazjoni min nies tal-Ministeru.
Il-problemi inqalghu wara li MRRA kellu twissijiet mil-Koperattivi li dak ir-rapport ser iffarak lis-sajjieda. Aktar min hekk il-proposti li saru ma hummiex ser ikunu effetivi ghal-sajd sostenibli. Dan ippruvajnieh u jekk tistaqsu ix-xjentisti jistghu jghidulkom li kien hemm min baghbas id-data.
Ghalhekk nixtieq li il-kliem li gejna minghajr proposti konkreti ma tuzahx aktar u poggi mal-Koperattivi halli insibu soluzzjoni u thalliex hsibiet itellfu il-koncentrazzjoni tieghek. B hekk biss nistghu naslu ghal-ftehim li iwassal ghal-sajd sostenibli ghas-sajjieda tal-llum u ta ghada.
Post a Comment