Il-bierah filghaxija
segwejt il-film Il Divo tad-Direttur Paolo Sorrentino, li jitratta b’mod
kritiku l-hajja ta’ Giulio Andreotti li miet ftit tal-granet ilu fl-eta’ ta’ 94
sena. Andreotti li kien 7 darbiet Prim Ministru u xejn anqas minn 22 darba
Ministru f’karigi differenti, definittivament se jibqa jigi diskuss, xi kultant
anke b’mod kritiku. Andreotti stess kien jghid “Akkuzawni b’kollox barra
bil-gwerer punici!”. Tghid x’tghid fuqu
zgur li Andreotti jifforma parti mil-istorja tal-Italja minn wara t-Tieni
Gwerra ‘l hawn. Kif qal tajjeb il-President
Taljan Giorgio Napolitano, “L-ahjar li
tiggudikah l-istorja. Izda kien persuna li rraprezenta lill-Italja b’kontinwita’
eccezzjonali fil-relazzjonijiet internazzjonali u fil-bini tal-Ewropa”.
Kont nammirah ghal
battuti tieghu u ghall-perseveranza tieghu, ghalkemm ikolli nistqarr li ma
kienx wiehed mill-politici taljani favoriti tieghi. Kont nipreferi demokristjani b’kuxjenza aktar
socjali bhal Aldo Moro, Zaccagnini u Romano Prodi sakemm kien ghadu tezisti
d-Democrazia Cristiana fl-Italja. Giulio
Andreotti kien imexxi l-kurrent tal-lemin fid-DC, il-kurrent msejjah tad-Dorotei.
Anke jekk ma taqbilx mieghu bilfors tammirah ghall-formazzjoni kulturali tieghu
kif ukoll ghas-simpatija li kellu. Dan
kien il-gudizzju anke ta’ Maria Fanfani, l-mara tar-rival principali tieghu
fid-DC, Amintore Fanfani.
Andreotti beda
l-attivita’ politika tieghu fil-FUCI (Federazione
Universitaria Cattolica Italiana) fl-istess zmien li bhala
President tal-ghaqda kien hemm Aldo Moro. Fl’eta’ ta’ 28 sena gie nominat
fil-kabinett ta’ Alcide de Gasperi, li Andreotti baqa jirreferi ghalih bhala
l-missier politiku tieghu. Kellu passjoni ghall-politika. Meta darba staqsewh jekk hux veru li
l-politika hija marda, hu wiegeb “Iva hija marda, imma jien m’ghamilt u
behsiebni naghmel xejn biex infiq minnha!”.
Kiteb diversi kotba
uhud minnhom gew tradotti anke bl-Ingliz.
Meta darba staqsewh kif ilahhaq ma’ kollox biex sahansitra jikteb
il-kotba waqt li jsegwi d-dibattiti fil-Parlament, hu wiegeb “Mhux ghalhekk
il-Mulej tana mohh maqsum fi tnejn, biex taghmel zewg affarijiet f’daqqa!” L-aktar
ktieb minn tieghu li laqatni kien il-ktieb Lives
– Encounters with history makers, li fih Andreotti jaghti harsa lejn bosta
personalitajiet li ltaqa maghhom fil-hajja twila tieghu, minn Toto’ sa Ronald
Reagan. Kien kapaci jislet il-karattru tal-persuna, anke jekk xi kultant mzewwaq b’battuti iebsin.
No comments:
Post a Comment