Fl-ewwel diskors tieghu bhala Kap tal-Oppożizzjoni, Simon
Busuttil spjega kif il-PN se jaqdi dmiru b’lealta’ fl-Opposizzjoni. Se niflu
bir-reqqa dak kollu li jaghmel il-gvern, naqblu fejn ikun qed isir it-tajjeb u
nikkoperaw fejn mehtieg, imma pronti biex nikritikaw fejn inhossu l-htiega
dejjem b’ghan wiehed li naqdu dmirna ghall-ahjar ġid ta’ pajjiżna.
Simon Busuttil spjega kif il-Kumitati tal-Parlament li
twaqqfu taht amministrazzjonijiet tal-PN se jkollhom il-ħidma sħiħa
tal-Oppożizzjoni biex fil-Parlament ikun hemm djalogu kostruttiv. Ahna se
naghtu sehmna biex naraw li t-tajjeb li
diġà għandu pajjiżna jitkattar u l-ħsara li tista' ssir titnaqqas kemm jista'
jkun. Se naghtu sehmna wkoll biex fejn hemm bzonn tkun emendata l-Kostituzzjoni
ta’ pajjizna halli din fejn hemm bzonn tiggedded izda kif qal tajjeb Simon
Busuttil ahna nistennew serjetà f'kull pass biex isir dan it-tibdil.
Fuq kollox, Simon Busuttil spjega kif l-Oppożizzjoni se
tkun gvern alternattiv li tagħti lill-pajjiż kollu proposti validi u ċari. Proposti li jinbnew minn djalogu miftuh
mal-poplu. Il-Kap il-ġdid tal-Oppożizzjoni fil-fatt mill-ewwel għadda biex
għamel żewġ proposti konkreti ġodda. L-ewwel proposta li jitwaqqaf kumitat
tal-petizzjonijiet ħalli ċ-ċittadini kollha Maltin ikunu jistgħu jressqu talbiet
quddiem il-Parlament Malti.
It-tieni propona li terġa' tidħol fis-seħħ il-liġi li
kien għadda Gvern Nazzjonalista fid-disgħinijiet – u li tneħħiet minn Gvern
Laburista – biex l-Oppożizzjoni jkollha membru fuq numru ta' korporazzjonijiet
u entitajiet tal-Gvern, mhux biex tmexxi hi – ghax hija ovvja li b’membru wieħed
ma tistax – imma biex tkun tista' teżamina sew mill-qrib dak li jkun qed isir.
No comments:
Post a Comment