Pajjizna llum jaghlaq 9 snin membru
tal-Unjoni Ewropea. Fejn hi sejra din l-Unjoni ? Unjoni li twieldet bhala
kuncett wara t-tieni gwerra dinjija meta kellna ewropa mfarrka, imma li qeghda
fl-aghar krizi taghha. Il-fiducja tan-nies
f’din l-Unjoni qatt ma kien daqshekk baxx. Survey tal-Eurobarometer juri kif
il-fiducja naqset b’mod qawwi bejn l-2009 u l-2012. Fi Spanja filwaqt li fl-2009, 56% kellhom
fiducja fl-UE, illum hemm biss 20% li ghandhom fiducja. Fl-Italja fl-2009 kien
hemm 52% filwaqt li fl-2012 31% biss tan-nies fadallhom fiducja. Imma l-fiducja
majnat ukoll f’pajjizi li mhux ghaddejjin fi krizi ekonomika bhal Germanja,
fejn fl-2009 kien hemm 44% li kellhom fiducja, illum hemm biss 30%.
Huwa car li hemm korrelazzjoni bejn il-krizi
ekonomika u l-fiducja tan-nies. Hafna ghandhom biza mhux biss minn dak li
ghaddej imma anke mill-futur. Hafna ghandhom biza li jitilfu l-impjieg taghhom
u l-istatus ekonomiku taghhom, u jwehhlu fl-Unjoni Ewropea anke jekk
il-problemi joriginaw mill-politika zbaljata tal-mexxejja taghhom fil-pajjizi
rispettivi. Sa llum ghallanqas ftit huma dawk li qed jghidu li s-soluzzjoni hi
li pajjizhom jitlaq mill-UE anke jekk sfortunatament rega hawn qawmien ta’
movimenti u partiti li huma kontra l-UE. Dan jista jkun ukoll dovut ghal certu
analizi rhisa u superficjali li taghmel parti mill-media internazzjonali. Hafna minn dan id-dissens huwa zgur frott
tal-fatt li l-mizuri ta’ awsterita’ li hafna pajjizi kellhom jiehdu ftit hallew
rizultati posittivi. Il-qghad mhux talli
ma niezilx talli kompla jizdied.
Hafna
jirrikonoxxu li din l-Ewropa mxiet hafna ‘l quddiem imma jonqosha hafna aktar x’taqdef
‘l quddiem. Il-progett Ewropa qiesu stagna, anke ghax tlifna qiesu l-impetus ta’
mexxejja b’vizjoni. Hafna qed ihossu li
din l-Ewropa saret tidher wisq bhala istituzzjoni finanzjarja, u ma ghadhiex
bizzejjed mutur politiku b’kuxjenza socjali. Xi kultant qed nonqsu wkoll ahna
li ftit li xejn nuzaw lingwagg posittiv u ftit li xejn nitkellmu fuq il-kisbiet
ta’ din l-Unjoni Ewropea. Xi kultant anke f’pajjizna il-progetti ffinanzjati
mill-UE niehduhom for granted. Progetti
li kienu jibqghu biss fuq il-karta kieku ma kellniex l-ghajnuna finanzjarja
qawwija tal-UE.
Definittivament
imma hemm bzonn ta’ process aktar demokratiku u miftuh f’din l-Unjoni. Ghal hafna mhux accettabli li
d-decizzjonijiet isiru f’laqghat bil-bibien maghluqa, hafna drabi bil-lejl bhal
famuzi sessjonijiet fuq il-euro zone, jew mit-technocrats, bil-Parlament
Ewropew mitlub biss biex jaghmel endorsement taghhom. Zgur li hemm bzonn process
ta’ reaching out aktar b’sahhtu mal-popli ta’ din l-Ewropa biex niddiskutu
il-progett Ewropa, fejn irrid niehduh dan il-progett. Id-diskussjoni fuq l-Unjoni Ewropea hija
nieqsa hafna. Niddiskutuha ftit meta
jersqu vicin l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew imma mbaghad nergghu nitfghu
kollox fil-genb.
No comments:
Post a Comment