Kull fejn immur kulhadd ikellimni
fuq it-thassida li ghamel l-Ministru Leo Brincat meta ghall-ebda raguni valida,
qabad u ghalaq il-Park tal-Familja biswiet l-impjant ta’ Sant’Antnin ! Park li
tant kien popolari li hu kkalkulat li kienu jzuruh mat-30,000 persuna kull
weekend. Nghid li ghalqu b’kapricc ghax fl-istqarrijiet kollha tal-Gvern hu
stess ammetta li l-livell ta’ kubrit fl-arja dejjem kienu taht il-livelli
accettabli mill-Unjoni Ewropea. Allura
tohrog wahedha l-mistoqsija: Jekk il-livelli ta’ kubrit qatt ma kienu ta’
periklu ghaliex ghalaqtu ?!
Il-Ministru Leo Brincat qabbad tlett persuni biex
id-deċiżjoni stramba tiegħu jipprova jaħbiha wara rapport flok jerfa
r-responsabbiltà u jgħid verament x'wasslu biex jagħlaq il-Park ta’ Wied
il-Għajn. Ghamel hekk biex ghal darb’ohra jahli aktar hin jiprova jmaqdar dak
li sab. S’issa ma smajniex imqar
sentenza wahda ta’ x’behsiebu jaghmel hu f’dan il-qasam, li ahna gibna
rivoluzzjoni fih minkejja t-tfixkil tieghu u ta’ shabu !
U nghid jien jekk it-tlett esperti kienu jafu fil-bidu
ta’ Mejju li kien hemm xi “effetti” ta’ emissjonijiet ta’ kubrit fl-arja,
ghaliex hallew sa nofs Lulju biex jaghlqu l-park ? Tajjeb wiehed ifakkar li sa gimgha qabel ma
nghalaq fil-Park kien hemm weekend camping mill-Scouts ! U jekk hemm periklu ghall-persuni li jzuru
l-Park tal-Familja, ghaliex ma hemmx periklu ghall-haddiema li jahdmu fl-istess
impjant ? Mistoqsija ovvja, li ma tridx
tkun xi professur biex taghmilha.
Fuq kollox tajjeb nghidu li din
il-problema inholqot fil-bidu ta’ Mejju ta’ din is-sena, meta parti
mill-impjant, li jissejjah hydroliser, zviluppatilha hsara. Issa jien infurmat li din suppost li kellha
tissewwa f’sitt gimghat. Mela l-aktar
l-aktar sa nofs Gunju kellha tkun lesta.
Imma wasalna issa kwazi f’nofs Awissu u din ghadha ma trangatx. Ghaliex dan id-dewmien ? Meta se tissewwa ?
Irridu nfakkru li l-post fejn sar
dan il-Park kienet mizbla li kien beda l-gvern Laburista tas-snin sebghin u
tmenin li Leo Brincat kien jifforma parti minnu. Ahna kburin li minn mizbla tajna lill-poplu park
mill-isbah b’fondi ewropej, liema park
issa spicca fil-mira ta’ dan il-Gvern biex minghalih itappan dak li ghamel il-Gvern
immexxi mill-PN. U issa qed taharqu
qalbu lil Leo Brincat ghall-emissjonijiet ta’ kubrit. Irrid infakkru li mill-1990 'l hawn, l-ogħla
livelli ta' Sulphur Dioxide (SO2) fl-arja reġistrati ġewwa Malta kien fl-1998,
l-aħħar sena ta' Gvern Laburista. Minn dik is-sena, l-emissjonijiet ta' Sulphur
Dioxide (SO2) fl-arja ġewwa Malta niżlu b'74%, li huwa tnaqqis aħjar minn dak
fl-Unjoni Ewropea.