Apr 4, 2014

Abela u Coleiro Preca


It-tmiem ta’ era huwa dejjem ideali biex wiehed jaghmel analizi qasira ta’ dak li jkun ghadu kif sehh.  Il-presidenza ta’ George Abela tintemm illum.  Presidenza li kienet wahda storika peress li Abela kien, u ghadu, l-uniku president li kien nominat minn Prim Ministru, f’dan il-kaz Lawrence Gonzi, li mhux gej mill-istess kamp politiku tieghu.  Ezempju mill-aqwa li hija hasra li l-Prim Ministru Muscat ghazel li ma jsegwix.
 
Pero lura ghall-presidenza ta’ Abela, nahseb li nkun qed naqsam sentiment komuni meta nghid li George Abela rnexxielu jinvolvi lin-nies b’success.  Kienet presidenza popolari li permezz taghha Abela rnexxielu jilhaq miri ambizzjuzi fil-gbir ta’ fondi li jsiru b’mod regolari mill-Community chest Fund. 
 
Dan ma jfissirx li din ma kenitx ukoll presidenza li kellha wkoll il-waqtiet kontroversjali taghha.  Wiehed jista’ jsemmi l-issue tad-diskors tat-tron, jew it-twaqqif tac-centru ghall-persuni bi problemi relatati mal-ikel bl-involviment ta’ persuna mill-istaff tieghu, jew inkella l-issue ta’ meta iben il-president tkellem b’mod mill-aktar partigjan fil-kampanja elettorali tal-Partit Laburista qabel l-ahhar elezzjoni.  Imma dawn bl-ebda mod ma jtellfu mir-rizultat posittiv ta’ din il-Presidenza.  George Abela matul l-ahhar 5 snin ikkonferma dak li kont ktibt jien meta nhatar fl-2009.  Dakinhar kont ghidt : Tista ma taqbilx f'kollox mieghu, imma huwa persuna umana hafna, moderat u razzjonali.
 
George Abela bhala Kap ta’ Stat pprova, u rnexxielu sa’ certu punt, jkompli jghaqqad lill-poplu Malti.  Wera wkoll rgulija meta fl-ahhar jiem iddecieda li fuq punt ta’ kuxjenza ma jiffirmax l-Att dwar id-Drittijiet Civili, liema ligi tmur lil hemm minn dak li originarjament kienet intiza li ggib.  Insellem lil George Abela u lil martu tas-servizz li taw fl-ahhar hames snin u nirringrazzjah tas-sehem tieghu.
 
Issa tibda l-era tal-President ML Coleiro Preca.  Ivvotajna favur minkejja li ma kienx hemm konsultazzjoni mal-Kap tal-Opposizzjoni u l-informazzjoni ngħatat lilna wara li kulħadd kien jaf bil-ħatra.  Ivvotajna favur minkejja li l-Prim Ministru qed imur anke lil hemm mill-Kostituzzjoni u qal li lest jaghti rwol ezekuttiv anke lill-President.  Kellu ragun l-Kap tal-Opposizjoni jghid li “kull tibdil li jsir għandu jkun rifless f'tibdil Kostituzzjonali.” Ahna lesti biex ikun hemm diskussjonijiet dwar dan it-tibdil, imma ma nipretendux li nigu pprezentati fait accompli.  L-Oppożizzjoni se tivvota favur biex din il-Presidenza tkun verament tagħna lkoll.  Nawgura lill-president il-gdid il-hidma t-tajba b’risq il-poplu kollu.

No comments: