
Dan
il-progett huwa ezempju mill-ahjar ta’ kif il-privat jista jimpenja ruhu biex
bil-fatti inaqqas il-konsum u fl-istess hin jifranka mill-ispiza tieghu. Il-Malta Business Bureau verament tat
ezempju tajjeb b’din l-inizzjattiva. Ma
qaghditx tgerger imma hadet inizzjattiva biex taghmel xi haga konkreta.
F’din
l-event kien hemm numru ta’ diskorsi formali, presentazzjoni tajba hafna
mill-project leader u ghoti tac-certifikati lir-raprezentanti tal-azjendi li
ppartecipaw f’dan il-progett. Kont dizappuntat izda li ma kienx hemm qsim
tal-esperjenzi bejn il-partecipanti.
Nemmen li sharing of best
practices huwa ezercizzju mportanti hafna fi progetti bhal dawn.
Inizzjattivi
bhal dawn huma krucjali jekk irridu li jintlahqu l-miri tal-Politika Nazzjonali
dwar l-Ilma li konna varajna ahna fl-2011.
Sfortunatament ikolli nistqarr li minkejja d-diskors sabih ta’ dan
il-Gvern l-ispinta li konna bdejna ahna fil-qasam tal-konservazzjoni tal-ilma
jidher li majnat sew. Tlett
ezempji: Weghda tal-Budget tal-2012 fejn
il-familji maltin kellhom jinghataw water saving kits baqghet fuq l-ixkaffa
minkejja li anke l-Gvern tal-Labour inkludiha fil-Programm Elettorali tieghu !
It-tieni: Ir-ritmu tal-installazzjoni ta’ meters mal-boreholes tal-bdiewa tbatta. It-tielet: Il-Pjan
ta’Azzjoni dwar in-Nitrati biex jitnaqqas il-livell ta’ nitrati fl-ilma
tal-pjan inghata l-genb minkejja li gibna flus mill-UE ghalih ! Programm li kellu jsir b’nefqa ta’ €1.4
Miljun, b’nofs l-ispiza tithallas mill-UE. Paroli sabih nisimghu kemm trid imma fatti xejn. U qiesu hadd ma jsaqsi xejn !
No comments:
Post a Comment