Ninnota b’sodisfazzjoni li l-proġett li kien ġie sottomess mill-Ministeru li kont immexxi, il-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, fuq il-konservazzjoni tal-Buskett il-gimgha l-ohra nghata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja għall-finanzjarjament. Il-proġett, b’investiment ta’ ftit anqas minn 3 miljun ewro jifforma parti minn katina sħiħa t’inizjattivi li ħadna fl-ahhar snin biex inharrsu l-Buskett.
Nittama li dan il-Gvern ikompli jimbotta ħalli jiggarantixxi fondi Ewropej biex il-Buskett jerġa’ jiġi prestinat ghat-tgawdija tal-pubbliku. Ninnota b’dispjacir, per ezempju, illi t-tlett irziezet li gew irrestawrati fil-Buskett matul l-ahhar sena u nofs (u cioe, dak tal-Bagħal, tal-Ispirtu u tal-Bosk) għadhom ma ġewx utilizzati u jekk is-sitwazzjoni tibqa’ tali, facilment dawn l-irziezet jerġgħu jiġu żdingati.
Il-progett iffinanzjat taħt il-LIFE+ għall-Buskett jahseb sabiex jitneħħew siġar aljeni għall-post, jigu restawrati ħitan li jmorru lura għal żmien il-Kavallieri u saħansitra jerġa’ jitwassal l-ilma fil-wied li jgħaddi mill-Buskett. Dan għandu jwassal biex dan il-post jiġbed lejh u jitgawda minn aktar familji Maltin u anki barranin li jzuru pajjiżna.
Ninnota wkoll li sfortunatament il-persuna li hadem qatigh biex tigi sottomessa din l-applikazzjoni, safa bil-kuntratt tieghu mitmum u spicca tnehha minn adviser fil-Ministeru li llum jokkupa Leo Brincat. Ezempju iehor ta' meritokrazija bir-reverse !
Fil-granet li gejjin se jibda x-xoghol ta’ restawr fuq tliet irziezet li jinsabu ġewwa l-Buskett, li ilhom snin twal imġarrfa. It-tlett irziezet, ir-Razzett tal-Bagħal, ir-Razzett tal-Ispirtu u r-Razzett tal-Bosk kienu nbnew matul il-perijodu (1636-57) fi żmien il-Gran Mastru Lascaris. Ovvjament apparti li jiġu rrestawrati l-iskop tagħna hu dak li dawn l-irziezet jintużaw għal skop specifiku. Il-Buskett joffri eko-sistema unika li tinkorpora fiha varjeta ta’ habitats u speċi rari. Il-Buskett hu protett b’numru ta’ policies filwaqt li kien skedat bħala Grade 1 fl-1996. Hu għalhekk importanti li n-nies isiru aktar konxji minn dan. Biex jgħinna nwasslu l-informazzjoni lill-pubbliku, ħsibna li r-Razzett tal-Bagħal, li hu l-akbar wieħed minnhom it-tlieta, jservi ta’ Ċentru Interpretattiv għall-Viżitaturi. Minn naha l-oħra r-Razzett tal-Ispirtu se jservi kemm ta’ bażi għar-rangers li se jkunu qed iħarsu l-park kif ukoll ta’ vetrina għall-prodotti agrikoli lokali. Ir-Razzett tal-Bosk se jservi bħala post fejn gruppi żgħar ta’ nies ikunu jistgħu jorganizzzaw laqgħha dwar il-biodiversita u xjenza rurali. Il-proġett hu stmat li se jiswa aktar minn nofs miljun ewro, b’90% tal-ispejjeż se jitħallsu mill-fondi Ewropej. L-ewwel razzett mistenni jkun lest lejn l-aħħar kwart tas-sena 2012. B’dan l-investiment mhux biss se nkunu qed nagħtu valur lill-wirt storiku ta’ pajjiżna iżda se nkunu qed nżiedu l-potenzjal turistiku taż-żona.