Jul 8, 2013

Aktar investiment fil-Buskett


Ninnota b’sodisfazzjoni li l-proġett li kien ġie sottomess mill-Ministeru li kont immexxi, il-Ministeru ghar-Rizorsi u Affarijiet Rurali, fuq il-konservazzjoni tal-Buskett il-gimgha l-ohra nghata l-approvazzjoni tal-Kummissjoni Ewropeja għall-finanzjarjament. Il-proġett, b’investiment ta’ ftit anqas minn 3 miljun ewro jifforma parti minn katina sħiħa t’inizjattivi li ħadna fl-ahhar snin biex inharrsu l-Buskett.

Nittama li dan il-Gvern ikompli jimbotta ħalli jiggarantixxi fondi Ewropej biex il-Buskett jerġa’ jiġi prestinat ghat-tgawdija tal-pubbliku. Ninnota b’dispjacir, per ezempju, illi t-tlett irziezet li gew irrestawrati fil-Buskett matul l-ahhar sena u nofs (u cioe, dak tal-Bagħal, tal-Ispirtu u tal-Bosk) għadhom ma ġewx utilizzati u jekk is-sitwazzjoni tibqa’ tali, facilment dawn l-irziezet jerġgħu jiġu żdingati.

Il-progett iffinanzjat taħt il-LIFE+ għall-Buskett jahseb sabiex jitneħħew siġar aljeni għall-post, jigu restawrati ħitan li jmorru lura għal żmien il-Kavallieri u saħansitra jerġa’ jitwassal l-ilma fil-wied li jgħaddi mill-Buskett. Dan għandu jwassal biex dan il-post jiġbed lejh u jitgawda minn aktar familji Maltin u anki barranin li jzuru pajjiżna.

Ninnota wkoll li sfortunatament il-persuna li hadem qatigh biex tigi sottomessa din l-applikazzjoni, safa bil-kuntratt tieghu mitmum u spicca tnehha minn adviser fil-Ministeru li llum jokkupa Leo Brincat. Ezempju iehor ta' meritokrazija bir-reverse !


No comments: