Showing posts with label fondi ewropej. Show all posts
Showing posts with label fondi ewropej. Show all posts

May 1, 2013

Quo Vadis Europa ?


Pajjizna llum jaghlaq 9 snin membru tal-Unjoni Ewropea. Fejn hi sejra din l-Unjoni ? Unjoni li twieldet bhala kuncett wara t-tieni gwerra dinjija meta kellna ewropa mfarrka, imma li qeghda fl-aghar krizi taghha.  Il-fiducja tan-nies f’din l-Unjoni qatt ma kien daqshekk baxx. Survey tal-Eurobarometer juri kif il-fiducja naqset b’mod qawwi bejn l-2009 u l-2012.  Fi Spanja filwaqt li fl-2009, 56% kellhom fiducja fl-UE, illum hemm biss 20% li ghandhom fiducja. Fl-Italja fl-2009 kien hemm 52% filwaqt li fl-2012 31% biss tan-nies fadallhom fiducja. Imma l-fiducja majnat ukoll f’pajjizi li mhux ghaddejjin fi krizi ekonomika bhal Germanja, fejn fl-2009 kien hemm 44% li kellhom fiducja, illum hemm biss 30%.  
 
Huwa car li hemm korrelazzjoni bejn il-krizi ekonomika u l-fiducja tan-nies. Hafna ghandhom biza mhux biss minn dak li ghaddej imma anke mill-futur. Hafna ghandhom biza li jitilfu l-impjieg taghhom u l-istatus ekonomiku taghhom, u jwehhlu fl-Unjoni Ewropea anke jekk il-problemi joriginaw mill-politika zbaljata tal-mexxejja taghhom fil-pajjizi rispettivi. Sa llum ghallanqas ftit huma dawk li qed jghidu li s-soluzzjoni hi li pajjizhom jitlaq mill-UE anke jekk sfortunatament rega hawn qawmien ta’ movimenti u partiti li huma kontra l-UE. Dan jista jkun ukoll dovut ghal certu analizi rhisa u superficjali li taghmel parti mill-media internazzjonali.  Hafna minn dan id-dissens huwa zgur frott tal-fatt li l-mizuri ta’ awsterita’ li hafna pajjizi kellhom jiehdu ftit hallew rizultati posittivi.  Il-qghad mhux talli ma niezilx talli kompla jizdied.
 
Hafna jirrikonoxxu li din l-Ewropa mxiet hafna ‘l quddiem imma jonqosha hafna aktar x’taqdef ‘l quddiem. Il-progett Ewropa qiesu stagna, anke ghax tlifna qiesu l-impetus ta’ mexxejja b’vizjoni.  Hafna qed ihossu li din l-Ewropa saret tidher wisq bhala istituzzjoni finanzjarja, u ma ghadhiex bizzejjed mutur politiku b’kuxjenza socjali. Xi kultant qed nonqsu wkoll ahna li ftit li xejn nuzaw lingwagg posittiv u ftit li xejn nitkellmu fuq il-kisbiet ta’ din l-Unjoni Ewropea. Xi kultant anke f’pajjizna il-progetti ffinanzjati mill-UE niehduhom for granted.  Progetti li kienu jibqghu biss fuq il-karta kieku ma kellniex l-ghajnuna finanzjarja qawwija tal-UE.
 
Definittivament imma hemm bzonn ta’ process aktar demokratiku u miftuh f’din l-Unjoni.  Ghal hafna mhux accettabli li d-decizzjonijiet isiru f’laqghat bil-bibien maghluqa, hafna drabi bil-lejl bhal famuzi sessjonijiet fuq il-euro zone, jew mit-technocrats, bil-Parlament Ewropew mitlub biss biex jaghmel endorsement taghhom. Zgur li hemm bzonn process ta’ reaching out aktar b’sahhtu mal-popli ta’ din l-Ewropa biex niddiskutu il-progett Ewropa, fejn irrid niehduh dan il-progett.  Id-diskussjoni fuq l-Unjoni Ewropea hija nieqsa hafna.  Niddiskutuha ftit meta jersqu vicin l-elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew imma mbaghad nergghu nitfghu kollox fil-genb.

Oct 5, 2012

Il-Foss tal-Birgu se jinbidel fi ġnien


Il-foss tal-Birgu, li fih madwar 9,800 metri kwadru, u li jieħdok minn taħt l-entratura tal-Birgu (jiġifieri taħt Courve Port) sax-Xatt tal-Kalkara se jinbidel fi ġnien rikreativ minn fejn wieħed ikun jista’ japrezza s-swar maestużi li jdawwru d-daħla tal-Birgu. Dan jista’ jsir hekk kif il-bieraħ l-MEPA approvat il-ħruġ tal-permess għar-riabilitazzjoni tal-foss.
 
Dan il-foss, li kien għal kollox mitluq għal ħafna snin u bis-swar ta’ madwaru kważi qed jikkollassaw, issa se jingħata dehra ġdida b’siġar, arbuxelli endemici, water features kif ukoll b’ passaġġ maħdum minn materjal riciklat.  L-iskala ta` dawn il-passaġġi hi tali li tirrispetta l-ambjent li qegħdin fih. L-ilma għat-tisqija ta’ dan il-ġnien se jintuża minn ġibjuni li diġa jeżistu fl-inħawi u li bħalissa l-ilma tagħhom ma jintużax.  Is-siġar li hemm fil-foss se jinżammu kollha ħlief għal dawk is-sigar li bħalissa jinsabu fuq l-istrutturi tal-Caponier tas-seklu 18 li nstab dan l-aħħar.  Dawn is-siġar se jiġu trasplantati fl-istess foss.   F’dan il-foss se jkunu kkreati spazji fejn wieħed jista joqgħod bilqegħda u japprezza l-wirt ta’ din il-Belt fortifikata tal-Birgu li qed tingħata d-dinjita’ li jixirqilha. 
 
It-tisbiħ tal-foss huwa parti minn kullana ta’ xogħol li qed jitwettaq ġewwa l-Birgu. Dan jorbot ma’ 1) ir-restawr fuq 4 km ta’ swar, 2) il-bini mill-ġdid tal-ħnejja li reġgħet għaqdet il-Bastjun ta’ San Ġwann, 3) il-ftuħ mill-ġdid tal-foss li kien intradam, 4) l-ġnien ieħor li se jsir minflok l-Oil Depot li nħatt u 5) mal-proġett ta’ pavimentar u installazzjoni ta’ servizzi ġodda fl-aktar parti antika tal-Birgu li tissejjaħ il-Collacchio.  Il-proġett tal-Collacchio mistenni li jibda lejn l-aħħar ta’ din is-sena.  
 
Bla ebda dubju l-belt tal-Birgu qatt ma rat xogħol ġo fiha daqs kemm rat u se tkun qed tesperjenza fix-xhur li ġejjin. Dan li qed isir fil-Birgu huwa xiehda ta’ kemm dan il-Gvern jemmen fil-potenzal tal-Kottonera kif f’livell ta’ għixien aħjar għar-residenti. Dawn il-proġetti qed joħolqu x-xogħol kemm dirett biex isiru l-interventi meħtieġa kif f’investiment ieħor privat lejn l-inħawi.  Tant li bħalissa l-MTA għandha 8 talbiet biex jinfetħu hostels jew guest houses fil-Kottonera.  Xi ħaġa li sa ftit taż-żmien ilu lanqas biss kien joħlomha !

Nov 3, 2011

Ħajja ġdida lil tlett irziezet imġarrfa

Fil-granet li gejjin se jibda x-xoghol ta’ restawr fuq tliet irziezet li jinsabu ġewwa l-Buskett, li ilhom snin twal imġarrfa. It-tlett irziezet, ir-Razzett tal-Bagħal, ir-Razzett tal-Ispirtu u r-Razzett tal-Bosk kienu nbnew matul il-perijodu (1636-57) fi żmien il-Gran Mastru Lascaris. Ovvjament apparti li jiġu rrestawrati l-iskop tagħna hu dak li dawn l-irziezet jintużaw għal skop specifiku.

Il-Buskett joffri eko-sistema unika li tinkorpora fiha varjeta ta’ habitats u speċi rari. Il-Buskett hu protett b’numru ta’ policies filwaqt li kien skedat bħala Grade 1 fl-1996. Hu għalhekk importanti li n-nies isiru aktar konxji minn dan. Biex jgħinna nwasslu l-informazzjoni lill-pubbliku, ħsibna li r-Razzett tal-Bagħal, li hu l-akbar wieħed minnhom it-tlieta, jservi ta’ Ċentru Interpretattiv għall-Viżitaturi.

Minn naha l-oħra r-Razzett tal-Ispirtu se jservi kemm ta’ bażi għar-rangers li se jkunu qed iħarsu l-park kif ukoll ta’ vetrina għall-prodotti agrikoli lokali. Ir-Razzett tal-Bosk se jservi bħala post fejn gruppi żgħar ta’ nies ikunu jistgħu jorganizzzaw laqgħha dwar il-biodiversita u xjenza rurali.

Il-proġett hu stmat li se jiswa aktar minn nofs miljun ewro, b’90% tal-ispejjeż se jitħallsu mill-fondi Ewropej. L-ewwel razzett mistenni jkun lest lejn l-aħħar kwart tas-sena 2012. B’dan l-investiment mhux biss se nkunu qed nagħtu valur lill-wirt storiku ta’ pajjiżna iżda se nkunu qed nżiedu l-potenzjal turistiku taż-żona.