Showing posts with label Swieqi. Show all posts
Showing posts with label Swieqi. Show all posts

Mar 8, 2014

Jinbena fi 8 xhur, jghadduh lill-Kunsill wara sena !


Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.  Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess Centru.  Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.   Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000. 
 
Jien infurmat mis-Sindku tas-Swieqi Noel Muscat li l-istess Kunsill kien kiteb diversi drabi lil diversi Ministri biex dan it-trasferiment isir, izda kien kollu ghal xejn.  Jidher li l-affarijiet iccaqalqu biss meta dan qajjem il-kaz quddiem il-Prim Ministru f’laqgha li l-Kabinett kellu mas-Sindkli tal-Kunsilli Lokali.  Is-Sindku qalli li dakinhar il-Prim Ministru dar fuq il-ministri u staqsa x’qed jigri.  Ghall-ewwel Jose’ Herrera li hu responsabbli mill-Kunsilli Lokali ta l-impressjoni li t-trasferiment sar, imbaghad intervjena Michael Farrugia, responsabli mill-artijiet tal-Gvern, li qal li se jidhol fil-kwistjoni.  X’efficjenza !  L-id ix-xellugija ma tafx x’inhi taghmel il-leminija ! 
 
Aghar minn hekk imma hu l-fatt li Michael Farrugia f’intervista li ta lil The Times ipprova jitfa t-tort ghal dan id-dewmien fuq l-amministrazzjoni ta’ qabel !  Verament ma jisthiex.  Fl-intervista qal li dan id-dewmien kien rizultat tal-fatt li c-Centru Civiku ma kienx lest.  Gidba sfaccata.  Ic-Centru Civiku kien lest kif setghu jaraw in-nies dakinhar tal-inawgurazzjoni ufficjali.  Pubblikament nisfidah jghid x’xoghlijiet saru wara 8 ta’ Marzu 2013 fuq din il-binja u x’kienu l-ispejjez marbuta ma’ dawn is-suppost xoghlijiet li qed jghid li saru.   
 
Hija tal-misthija kif dan il-Gvern gets away with murder !  Idum sena biex jaghmel trasferiment ta’ binja lesta minn kollox u jcahhad lill-Kunsill Lokali u lill-komunita’ tas-Swieqi milli juzaw dawn il-facilitajiet.  Sempliciment tkaxkir tas-saqajn minhabba pika politika ghax qatt ma emmnu li l-progett nilhqu nlestuh qabel l-ahhar elezzjoni.  Verament politika tat-tfal !  L-istess pika politika ntuzat fil-kaz tac-Centru Civiku ta’ San Gwann. Il-Gvern tal-Labour iddecieda li jpoġġi fuq l-ixkaffa l-proġett ta’ Ġnien pubbliku akbar u Centru Civiku  ġdid fil-qalba ta’ din il-lokalita’, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali.   Biex nagħmlu l-proġett fil-qalba ta’ San Ġwann konna ħsiebna biex nirrillokaw l-pitch tal-bocci u fil-fatt sa qabel l-elezzjoni konna bnejna facilita’ oħra f’post alternattiv f’San Ġwann stess. Kollox kien lest biex jinbeda x-xogħol ġaladarba l-club tal-bocci jkun rilokat fil-post il-ġdid.  Il-permess tal-MEPA kien ilu li ngħata. Imma jidher li l-Gvern tal-Labour ma felaħx ikompli fuq il-progett għall-komunita’ li konna ħeħħejna aħna. 

Jul 27, 2012

Nimmassimizzaw l-ispazji


Din il-ġimgha ġew approvati żewg applikazzjonijiet għall-centri civici u ġonna pubblici f’żewġ lokalitajiet  li għandhom kemmxejn l-istess fiżjonomija, is-Swieqi u San Ġwann.  Żewġ postijiet li twieldu lejn l-aħħar tas-snin sittin u splodew fis-snin sebgħin u tmenin.  Kibru fuq art agrikola.  Is-Swieqi fuq art saqwija u San Gwann (jew kif kien jissejjah qabel L-Imsieraħ) fuq art li fuqha kien hemm bosta irziezet tal-annimali.  Żewg komunitajiet li m’għandhomx  l-għeruq tagħhom f’dik il-lokalita’.  Kollha nies li ġew minn bliet jew irħula oħra madwar Malta u ħafna drabi ssib li sa llum ma għandhomx punt ta’ referenza ma’ xhiex jassocjaw ruħhom, ħlief il-Knisja.  F’Wikipedia s-Swieqi saħansitra tissejjaħ "a dormitory town".

Kien ghalhekk li sa minn meta tfassal l-Pjan Lokali għas-Swieqi kont insistejt li għandna nidentifikaw spazju fejn jista’ jkun provdut centru civiku li jilqa fih l-ufficcju tal-Kunsill Lokali u xi servizzi komunitarji oħra. Ma tantx kien hemm għazliet għax fil-verita’ ftit li xejn fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Għazilna bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Matul l-aħħar snin fittixna kif bħala Gvern Centrali nakwistaw il-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett. Ħdimna fuq numru ta’ options, iżda fl-aħħar għazilna dik l-option li tidher lanqas komplikata u li hija prattikabbli biex tiġi fis-seħħ din il-ħolma.

Minn naħa l-oħra għal San Gwann għazilna l-aktar post centrali, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali fejn sa llum l-parti l-kbira mill-art hi okkupata minn pitch tal-bocci. Biex nagħmlu l-proġett tagħna ovvjament se jkollna nirrillokaw din l-attivita’ f’post ieħor, imma għal dan diġa ħsibna u fil-fatt sibna post alternattiv f’San Ġwann stess. San Ġwann, bħas-Swieqi, huwa lokalita’ dejjem tikber b’popolazzjoni qawwija ta’ familji bi tfal. Kien għalhekk li ħsibna biex nagħmlu dan il-proġett orjentat l-aktar għalihom. 

Fiż-żewg proġetti ħadna ħsieb nagħtu attenzjoni speċjali biex ikun massimizzat l-ispazju rikreazzjonali għall-pubbliku,  fl-istess ħin li jiġi kkreat il-volum mibni għall-faċilitajiet komunitarji. Dan sar possibbli bl-isfruttament ta’ livell differenzjat (split levels).  B’hekk is-soqfa tal-binjiet se jkunu jifformaw parti mill-ispazju rikreattiv għall-familji.

Sep 18, 2011

Gnien u Centru Civiku ghas-Swieqi u l-Ibrag

Din il-gimgha ndirizzajt laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-Proġett ta’ Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku fi Triq il-Keffa, Swieqi. Kienet laqgha tajba hafna li tatna opportunita’ nispjegaw l-iskop u d-disinn ta’ dan il-progett. Ilu hafna jinhass il-bzonn li l-komunita’ tas-Swieqi u l-Ibrag, li llum tlahhaq mad-9,000 ruh, ikollha punt ta’ referenza. Hafna mir-residenti ta’ dan il-lokalita’ gew minn lokalitajiet ohra u hafna drabi ssib li sa llum ma ghandhomx punt ta’ referenza ma’ xhiex jassocjaw ruhhom, hlief il-Knisja f’Tal-Ibrag. F’Wikipedia z-zona sahansitra jsejhulha "a dormitory town". http://en.wikipedia.org/wiki/Swieqi

Kien ghalhekk li sa minn meta tfassal l-Pjan Lokali kont insistejt li nidentifikaw spazju fejn jista jkun provdut centru civiku li jilqa fih l-ufficcju tal-Kunsill Lokali u xi servizzi komunitarji ohra. Ma tantx kien hemm ghazliet ghax fil-verita’ ftit li xejn fadal art mhix mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Ghazilna bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Matul l-ahhar xhur fittixna kif bhala Gvern Centrali nakwistaw il-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistghu naghtu bidu ghal dan il-progett. Hdimna fuq numru ta’ options, izda fl-ahhar ghazilna dik l-option li tidher lanqas komplikata u li hija prattikabbli biex tigi fis-sehh din il-holma.

Qabel din il-laqgha l-gimgha l-ohra kelli wkoll laqgha mal-Kunsill Lokali fejn saret presentazzjoni lilhom. B’sodisfazzjon nghid li approva b’mod unanimu d-disinn ta’ dan il-proġett. Id-disinn huwa wiehed li jiprova jimmassimizza l-ispazju. Filwaqt li hloqna l-facilitajiet necessarji bhal ufficcji ghal Kunsill Lokali, sala komunitarja u servizzi zghar ohra komunitarji, fl-istess hin uzajna livelli differenti biex ir-residenti jkunu jistghu jgawdu anke l-ispazji miftuh fuq is-soqfa ta’ dawn il-facilitajiet. Dan l-ispazju miftuh huwa kollegat ma’ gnien li joffri rikreazzjoni u mistrieh ghall-familji.

Qaghdna attenti wkoll li d-disinn ikun wiehed li joffri flessibilita’ fl-uzu tal-ispazji mibnija, halli ghal darb’ohra nimmassimizzaw l-uzu tal-ispazju. F’din il-laqgha ghal darb’ohra kkonfermajt kemm hu mportanti li lill-pubbliku tiprezentalu mudell. Hafna nies mhux kapaci jinterpretaw jew jaqraw pjanti. U ghalhekk mudell jghin hafna. Issa se mmorru biex naplikaw lill-MEPA u ahna mpenjati li hekk kif ikollna l-permess nibdew ix-xoghol halli nitrasformaw din l-art mitluqa f’centru attiv u haj ghall-komunita’ kollha.