Sep 18, 2011

Gnien u Centru Civiku ghas-Swieqi u l-Ibrag

Din il-gimgha ndirizzajt laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-Proġett ta’ Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku fi Triq il-Keffa, Swieqi. Kienet laqgha tajba hafna li tatna opportunita’ nispjegaw l-iskop u d-disinn ta’ dan il-progett. Ilu hafna jinhass il-bzonn li l-komunita’ tas-Swieqi u l-Ibrag, li llum tlahhaq mad-9,000 ruh, ikollha punt ta’ referenza. Hafna mir-residenti ta’ dan il-lokalita’ gew minn lokalitajiet ohra u hafna drabi ssib li sa llum ma ghandhomx punt ta’ referenza ma’ xhiex jassocjaw ruhhom, hlief il-Knisja f’Tal-Ibrag. F’Wikipedia z-zona sahansitra jsejhulha "a dormitory town". http://en.wikipedia.org/wiki/Swieqi

Kien ghalhekk li sa minn meta tfassal l-Pjan Lokali kont insistejt li nidentifikaw spazju fejn jista jkun provdut centru civiku li jilqa fih l-ufficcju tal-Kunsill Lokali u xi servizzi komunitarji ohra. Ma tantx kien hemm ghazliet ghax fil-verita’ ftit li xejn fadal art mhix mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Ghazilna bicca art fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Matul l-ahhar xhur fittixna kif bhala Gvern Centrali nakwistaw il-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistghu naghtu bidu ghal dan il-progett. Hdimna fuq numru ta’ options, izda fl-ahhar ghazilna dik l-option li tidher lanqas komplikata u li hija prattikabbli biex tigi fis-sehh din il-holma.

Qabel din il-laqgha l-gimgha l-ohra kelli wkoll laqgha mal-Kunsill Lokali fejn saret presentazzjoni lilhom. B’sodisfazzjon nghid li approva b’mod unanimu d-disinn ta’ dan il-proġett. Id-disinn huwa wiehed li jiprova jimmassimizza l-ispazju. Filwaqt li hloqna l-facilitajiet necessarji bhal ufficcji ghal Kunsill Lokali, sala komunitarja u servizzi zghar ohra komunitarji, fl-istess hin uzajna livelli differenti biex ir-residenti jkunu jistghu jgawdu anke l-ispazji miftuh fuq is-soqfa ta’ dawn il-facilitajiet. Dan l-ispazju miftuh huwa kollegat ma’ gnien li joffri rikreazzjoni u mistrieh ghall-familji.

Qaghdna attenti wkoll li d-disinn ikun wiehed li joffri flessibilita’ fl-uzu tal-ispazji mibnija, halli ghal darb’ohra nimmassimizzaw l-uzu tal-ispazju. F’din il-laqgha ghal darb’ohra kkonfermajt kemm hu mportanti li lill-pubbliku tiprezentalu mudell. Hafna nies mhux kapaci jinterpretaw jew jaqraw pjanti. U ghalhekk mudell jghin hafna. Issa se mmorru biex naplikaw lill-MEPA u ahna mpenjati li hekk kif ikollna l-permess nibdew ix-xoghol halli nitrasformaw din l-art mitluqa f’centru attiv u haj ghall-komunita’ kollha.

No comments: