Din il-ġimgha ġew approvati żewg applikazzjonijiet għall-centri civici u ġonna pubblici f’żewġ lokalitajiet li għandhom kemmxejn l-istess fiżjonomija, is-Swieqi u San Ġwann. Żewġ postijiet li twieldu lejn l-aħħar tas-snin sittin u splodew fis-snin sebgħin u tmenin. Kibru fuq art agrikola. Is-Swieqi fuq art saqwija u San Gwann (jew kif kien jissejjah qabel L-Imsieraħ) fuq art li fuqha kien hemm bosta irziezet tal-annimali. Żewg komunitajiet li m’għandhomx l-għeruq tagħhom f’dik il-lokalita’. Kollha nies li ġew minn bliet jew irħula oħra madwar Malta u ħafna drabi ssib li sa llum ma għandhomx punt ta’ referenza ma’ xhiex jassocjaw ruħhom, ħlief il-Knisja. F’Wikipedia s-Swieqi saħansitra tissejjaħ "a dormitory town".
Kien ghalhekk li sa minn meta tfassal l-Pjan
Lokali għas-Swieqi kont insistejt li għandna nidentifikaw spazju fejn jista’
jkun provdut centru civiku li jilqa fih l-ufficcju tal-Kunsill Lokali u xi
servizzi komunitarji oħra. Ma tantx kien hemm għazliet għax fil-verita’ ftit li
xejn fadal art mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Għazilna bicca art
fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Matul l-aħħar snin
fittixna kif bħala Gvern Centrali nakwistaw il-kumplament tal-art li kienet
privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal dan il-proġett. Ħdimna fuq
numru ta’ options, iżda fl-aħħar għazilna
dik l-option li tidher lanqas
komplikata u li hija prattikabbli biex tiġi fis-seħħ din il-ħolma.
Minn naħa l-oħra għal San Gwann għazilna
l-aktar post centrali, eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali fejn sa llum l-parti
l-kbira mill-art hi okkupata minn pitch tal-bocci. Biex nagħmlu l-proġett
tagħna ovvjament se jkollna nirrillokaw din l-attivita’ f’post ieħor, imma għal
dan diġa ħsibna u fil-fatt sibna post alternattiv f’San Ġwann stess. San Ġwann,
bħas-Swieqi, huwa lokalita’ dejjem tikber b’popolazzjoni qawwija ta’ familji bi
tfal. Kien għalhekk li ħsibna biex nagħmlu dan il-proġett orjentat l-aktar
għalihom.
Fiż-żewg proġetti ħadna ħsieb nagħtu
attenzjoni speċjali biex ikun massimizzat l-ispazju rikreazzjonali
għall-pubbliku, fl-istess ħin li jiġi kkreat il-volum mibni
għall-faċilitajiet komunitarji. Dan sar possibbli bl-isfruttament ta’
livell differenzjat (split levels).
B’hekk is-soqfa tal-binjiet se jkunu jifformaw parti mill-ispazju
rikreattiv għall-familji.
No comments:
Post a Comment