Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari
Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata
l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.
Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess
Centru. Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur
u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.
Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art
fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien
hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art
mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna
l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal
dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000.Mar 8, 2014
Jinbena fi 8 xhur, jghadduh lill-Kunsill wara sena !
Nhar il-Erbgha li ghadda s-Segretarju Parlamentari
Michael Farrugia ffirma l-karti li bih il-Kunsill Lokali tas-Swieqi nghata
l-bini tac-Centru Civiku tas-Swieqi.
Trasferiment li sar proprju sena wara l-inawgurazzjoni tal-istess
Centru. Dan ic-Centru dam jinbena 8 xhur
u nfetah ghan-nies biex jarawh fi Frar 2013.
Centru Civiku b’ufficcji, sala u gnien pubbliku li nbena fuq bicca art
fi Triq il-Keffa, li parti minnha kellu sehem minnha l-Gvern. Ma tantx kien
hemm għazliet fejn stajna nibnuh għax fil-verita’ ftit li xejn kien fadal art
mhux mibnija hemmhekk u art li hi tal-Gvern. Bħala Gvern Centrali konna akwistajna
l-kumplament tal-art li kienet privata, sabiex inkunu nistgħu nagħtu bidu għal
dan il-proġett u bnejnih b’investiment totali ta’ €750,000.Jul 27, 2012
Nimmassimizzaw l-ispazji
Din il-ġimgha ġew approvati żewg
applikazzjonijiet għall-centri civici u ġonna pubblici f’żewġ lokalitajiet li għandhom kemmxejn l-istess fiżjonomija,
is-Swieqi u San Ġwann. Żewġ postijiet li
twieldu lejn l-aħħar tas-snin sittin u splodew fis-snin sebgħin u tmenin. Kibru fuq art agrikola. Is-Swieqi fuq art saqwija u San Gwann (jew
kif kien jissejjah qabel L-Imsieraħ) fuq art li fuqha kien hemm bosta irziezet
tal-annimali. Żewg komunitajiet li m’għandhomx l-għeruq tagħhom f’dik il-lokalita’. Kollha nies li ġew minn bliet jew irħula oħra
madwar Malta u ħafna drabi ssib li sa llum ma għandhomx punt ta’ referenza ma’
xhiex jassocjaw ruħhom, ħlief il-Knisja. F’Wikipedia s-Swieqi saħansitra tissejjaħ
"a dormitory town". Feb 10, 2012
Gid komuni vs interessi tal-ftit
Il-Gvern Ċentrali, permezz tal-Ministeru tiegħi, lesta d-disinji biex fl-aktar post centrali ta’ San Gwann eżatt faċċata tal-Knisja Parrokjali jagħmel centru civiku u ġnien pubbliku isbaħ u akbar minn dak li hemm illum. Dan it-tisbieħ ser jinkludi li l-monument lil Karin Grech jitpoġġa f’post aktar prominenti fl-istess ġnien u jiżżejjen aħjar kif jixraqlu. San Ġwann huwa raħal dejjem jikber b’poplazzjoni qawwija ta’ familji bi tfal. Kien għalhekk li ħsibna biex nagħmlu dan il-proġett orjentat l-aktar għalihom. Sa llum l-parti l-kbira mill-art hija okkupata minn pitch tal-bocci. Biex nagħmlu l-proġett tagħna ovvjament se jkollna nirrilokaw din l-attivita’ f’post ieħor, imma għal dan diġa ħsibna u fil-fatt sibna post alternattiv f’San Ġwann stess. Ovvjament aħna nipreferu li din l-art tintuża aħjar u aktar mill-parti l-kbira tal-komunita’ aktar milli tintuża mill-ftit li jiprattikaw dan l-isport. Bħala Gvern Ċentrali ħsibna li nitkellmu mill-ewwel mal-Kunsill Lokali li ngħata preżentazzjoni u wara ntalab li jiddiskutih u jiddeċiedi fuq il-proposta tal-Gvern. Kont sorpriż mhux ftit meta nfurmawni li l-proġett għandu l-appoġġ tal-Kunsill Lokali, pero l-Kunsillieri Laburisti qed jopponu l-proġett. Kont sorpriz aktar meta qaluli li r-raġuni tal-oppożizzjoni hi r-rilokazzjoni tal-pitch tal-boċċi. Qalu li l-Gvern kellu jġib il-kunsens tal-klabb tal-bocci qabel jiprocedi. Issa filwaqt li nifhem li l-Gvern għandu jitkellem mal-klabb tal-bocci, definittivament ma nemminx li l-Gvern għandu jkun ikkundizzjonat mill-posizzjoni tal-klabb. Kemm il-Gvern Centrali kif ukoll Gvern Lokali għandu jiddeciedi skond il-ġid komuni tal-ħafna.
Għalija dan hu każ li jikkonferma kif xi wħud mill-Partit Laburista jaħsbu. Għalihom il-ġid komuni jiġi sekondarju biex jiproteġu l-interessi tal-ftit. L-interess tal-ftit jiġi ferm qabel l-interess ta’ komunita’ sħiħa. Għalihom il-ftit li jilagħbu l-boċċi huma ferm aktar importanti mill-ħafna li se jkunu qed jużaw iċ-ċentru ċiviku u l-ġnien akbar imsebbaħ. Nispera biss li ma ħadux din il-posizzjoni sempliciment għax l-idea ġiet minn Gvern immexxi mill-Partit Nazzjonalista.
Sep 18, 2011
Gnien u Centru Civiku ghas-Swieqi u l-Ibrag
Din il-gimgha ndirizzajt laqgħa ta’ informazzjoni dwar il-Proġett ta’ Ċentru Ċiviku u Ġnien Pubbliku fi Triq il-Keffa, Swieqi. Kienet laqgha tajba hafna li tatna opportunita’ nispjegaw l-iskop u d-disinn ta’ dan il-progett. Ilu hafna jinhass il-bzonn li l-komunita’ tas-Swieqi u l-Ibrag, li llum tlahhaq mad-9,000 ruh, ikollha punt ta’ referenza. Hafna mir-residenti ta’ dan il-lokalita’ gew minn lokalitajiet ohra u hafna drabi ssib li sa llum ma ghandhomx punt ta’ referenza ma’ xhiex jassocjaw ruhhom, hlief il-Knisja f’Tal-Ibrag. F’Wikipedia z-zona sahansitra jsejhulha "a dormitory town". http://en.wikipedia.org/wiki/SwieqiKien ghalhekk li sa
Qabel din il-laqgha l-gimgha l-ohra kelli wkoll laqgha mal-Kunsill Lokali fejn saret presentazzjoni lilhom. B’sodisfazzjon nghid li approva b’mod unanimu d-disinn ta’ dan il-proġett. Id-disinn huwa wiehed li jiprova jimmassimizza l-ispazju. Filwaqt li hloqna l-facilitajiet necessarji bhal ufficcji ghal Kunsill Lokali, sala komunitarja u servizzi zghar ohra komunitarji, fl-istess hin uzajna livelli differenti biex ir-residenti jkunu jistghu jgawdu anke l-ispazji miftuh fuq is-soqfa ta’ dawn il-facilitajiet. Dan l-ispazju miftuh huwa kollegat ma’ gnien li joffri rikreazzjoni u mistrieh ghall-familji.
Qaghdna attenti wkoll li d-disinn ikun wiehed li joffri flessibilita’ fl-uzu tal-ispazji mibnija, halli ghal darb’ohra nimmassimizzaw l-uzu tal-ispazju. F’din il-laqgha ghal darb’ohra kkonfermajt kemm hu mportanti li lill-pubbliku tiprezentalu mudell. Hafna nies mhux kapaci jinterpretaw jew jaqraw pjanti. U ghalhekk mudell jghin hafna. Issa se mmorru biex naplikaw lill-MEPA u ahna mpenjati li hekk kif ikollna l-permess nibdew ix-xoghol halli nitrasformaw din l-art mitluqa f’centru attiv u haj ghall-komunita’ kollha.