Showing posts with label Triq Bisazza. Show all posts
Showing posts with label Triq Bisazza. Show all posts

Jun 30, 2011

Jikber il-kunsens

Aktar ma jghaddi z-zmien aktar jikber il-kunsens tal-pubbliku ghad-decizzjoni li Triq Bisazza tkun kollha pedonali. L-ammont ta’ kummenti u messaggi posittivi li rcivejt kienu verament ta’ nkoraggiment. Dan apparti posizzjonijiet pubblici li hadu partijiet tal-media, fosthom t-Times of Malta. Kien hemm ukoll kumplikazzjonijiet li hawdu lil xi whud. L-ewwel kien hemm meta l-Arriva habru li se jkollhom jghaddu temporanjament minn Triq Bisazza sakemm jaggustaw is-sistema. Kemm jien u kif ukoll il-Prim Ministru ma ridniex li dan jigri u nsistejna mal-Arriva biex jaghmlu minn kollox biex isibu soluzzjoni u appellajna ghal bon sens.

Ahna nifhmu li l-bidla saret wara li l-Arriva kienu kkonkludew ir-rotot kollha. Xtaqna li hadna d-decizzjoni qabel, imma riedna ngibu l-partijiet maghna fid-decizzjoni, kemm lil tal-hwienet kif ukoll lill-Kunsill Lokali. U l-ahjar mument biex jifhmu l-proposta kien meta setghu jaraw b’ghajnejhom ir-rizultat kwazi finali. Kieku qbadna u ddecidejna qabel ma gie ffirmat il-kuntratt xorta konna naqilghuha ghax kienu jghidulna li njorajna lil kulhadd. Fl-ahhar mill-ahhar rebhet il-logika u l-Arriva sabu soluzzjoni. Irrid nghid grazzi kemm lill-ufficjali tal-Arriva kif ukoll lill-kollega l-Ministru Austin Gatt li ghamel il-parti tieghu.

Imbaghad kien hemm ir-reazzjonijiet negattivi ghad-decizzjoni tat-Transport Malta li tnaqqas 62 post ta’ parkegg biex tintroduci karregjata preferenzjali ghall-karozzi tal-linja. Ghalkemm jien naqbel mija fil-mija mal-introduzzjoni ta’ buslane, minn naha l-ohra mill-ewwel kif sirt naf bid-decizzjoni u kif TM ghaddewli l-pjanti, mill-ewwel stqarrejt li jistghu jinstabu soluzzjonijiet fejn minkejja li tinzamm il-buslane xorta ma jintilfux daqshekk carspaces. Din l-opinjoni esprimejtha kemm mal-kumitat tas-Sliema Business Community kif ukoll mal-GRTU li t-tnejn talbu laqghat urgenti mieghi kif gejt lura minn barra, minkejja li jien ma kontx l-attur tad-decizjoni. Ghal darb’ohra izda rebah il-bon sens u saru aggustamenti li salvaw mal-40 carspace minn 62 li kienu se jintilfu.

L-ironija f’dan kollu kien li fost l-aktar li tmashnu ghax kien se jintilef il-parkegg kien hemm nies li tghidx kemm kienu opponew l-progett ta’ carpark ta’ ‘l fuq minn 600 karozza li ridna naghmlu fi Qui-si-Sana u li fuqu naghmlu gnien ! U baqghu jopponu l-progett b’sahha anke meta l-Prim Ministru offra li titnehha kull attivita’ kummercjali mill-progett. Insomma ma’ certi nies ma tirbah qatt. Izda dawn l-attegjamenti mhux se jaqtghulna qalbna biex inkomplu ntejjbu din iz-zona residenzjali u t-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti f’pajjizna u naghtu lill-pubbliku spazju miftuh aktar komdu u aktar organizzat.

Jun 3, 2011

Triq Bisazza

Triq Bisazza lesta wkoll! U fully pedestrianized! Sodisfazzjon kbir ghalija. Kont ili s-snin twal nohlom li din it-triq naghtuha dehra gdida u naghmluha aktar safe u nadifa ghal dawk li jigu jixtru minn din it-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti ta’ pajjizna wara l-Belt Valletta. Izda bhas-soltu kien hemm minn ghal raguni u ghall-ohra oppona li din it-triq innehhulha t-traffiku minnha. Iżda rebħu l-perseveranza, il-pacenzja u r-raguni. L-ghazla taghna li mmorru ghal full pedestrianization giet msahha bid-decizzjoni kemm tas-Sliema Business Community kif ukoll tal-Kunsill Lokali li t-tnejn ivvotaw b’maggoranza kbira biex din it-triq tinheles mit-traffiku u nipruvawha ghallanqas ghas-sitt xhur li gejjin anke minghajr l-karozzi tal-linja. Anke il-GRTU qablet mal-idea. Wiehed irid jifhem li bin-network gdid tat-trasport pubbliku, konna nispiccaw b’karozza tal-linja tghaddi kull zewg minuti minn Triq Bisazza u dehrilna li dan ma joffrix sens ta’ sigurta’ lil pedestrians. Ovvjament xi opposizzjoni tibqa dejjem. Ammont ta’ biza’ jew interessi jibqa dejjem. Imma m'ghandix dubji li dawn il-bizat jigu meghluba.

Waqt li kienu ghaddejjin ix-xoghlijiet kienu hafna li ghaddewli kummenti kull meta nzilt sa hemm. Imma l-aktar zewg kummenti li laqtuni kienu dawn. Malti li ghandu ufficcju fuq Triq Bisazza qalli “Grazzi. Ghax ghallanqas issa nista’ niftah it-tieqa. Qabel kont nifga.” U kumment simili ta’ persuna barranija li ilu jghix Malta xi 40 sena li gie fuqi u qalli “Thanks, finally we can breathe in this street”. Ambjent nadif li anke ta sens ta’ liberta’ u kumdita’. Hadt gost ninnota lin-nies jaqsmu t-triq u jaghmluha taghhom. Anke l-bankijiet ghamlu taghhom mill-ewwel ghax bdew juzawhom minn kif l-haddiema tal-Works Division installawhom fil-post u kien ghadhom miksija bil-plastic ! Hekk niehu gost jien. Nara lin-nies jokkupaw l-ispazju pubbliku minflok il-karozzi.

Take the longer, faster route kienet tghid tabella kbira li kienet twehhlet fit-tarf ta’ Triq Qui-si-Sana mill-ewwel Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Dan biex jidderigi t-traffiku lejn Qui-si-Sana minflok jghaddi minn Triq Bisazza. Izda mbaghad din l-kampanja spiccat indifnet. Issa wara hafna snin se nkunu nistghu naghmlu dan fil-prattika anke ghax fix-xhur li ghaddew flimkien mal-Kunsill Lokali wessajna l-promenade ta’ Qui-si-Sana,u t-Transport Malta se jkunu lestew l-access ghat-tunnel ta’ Tigne’. Fil-verita’ kont xtaqt li t-TM lestew l-access ghat-tunnel tal-MIDI qabel halli ma kienx ikollna nghabbu t-traffiku ghax-Xatt minn fuq it-toroq interni ta’ Tigne’ sakemm naghmlu x-xoghol fuq Triq Bisazza izda ghallanqas issa se jkunu lestewh sad-data tal-ftuh ta’ Triq Bisazza.

Nhar it-Tnejn, proprju l-għada ta’Jum l-Ambjent, il-Prim Ministru se jinawgura din it-triq Ix-xoghol fi Triq Bisazza jikkumplimenta t-tisbiħ li diga sar l-aktar permezz tax-xoghlijiet li saru fi Triq it-Torri, Pjazza Sant’ Anna u Triq Manwel Dimech. Ovvjament ma tajniex biss cover gdid izda kellna naqilghu u nbiddlu s-servizzi tal-ilma u tad-drenagg mill-qiegh. Ovvjament fadal progett iehor wara dan, dak tal-upgrade tax-Xatt ta’ Tas-Sliema. Irridu naghmlu qabza ta’ kwalita’ minghajr ma ntellfu l-parking ghall-vetturi. Veru li s-sistema tat-trasport pubbliku se tbiddel l-mod kif nivjaggaw izda zgur ma nistghux innaqqsu l-parking ghal min jiddeciedi li jrid jivvjagga bil-vettura privata tieghu. Diga tlifna numru ta’ parking spaces u ma nistghux nitilfu aktar. Mhux se jkun esercizzju facli biex nilhqu dan il-bilanc izda bhas-soltu ma hemm xejn facli fil-hajja. Kif wasalna b’perseveranza fuq Triq Bisazza naslu wkoll fuq ix-Xatt.

Jan 29, 2011

Wicc gdid ghal Triq Bisazza

Matul dawn il-ġranet tajna bidu għal proġett ieħor ta’ tisbiħ fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema. Wieħed japrezza li din hija t-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti ta’ pajjizna wara l-Belt Valletta. Fil-fatt f’din it-triq biss hemm madwar hamsin hanut u kumpless shih ta’ hwienet. Barra hekk din iz-zona hija wahda turistika. Ghalhekk jixraq li jsir investiment fiha biex apparti li nkomplu ntejbu l-post ghar-residenti li jghixu fiha, ghall-Maltin li jmorru jixtru minnha, nkomplu ntejbu l-prodott turistiku tagħna. Dan ix-xogħol jikkumplimenta t-tisbiħ li diga sar f’din iz-zona kummercjali l-aktar permezz tax-xoghlijiet ta’ tisbih li sar fi Triq it-Torri u Pjazza Sant’ Anna.

Bhalissa qed isir ix-xoghol fuq is-servizzi tal-ilma u tad-drenagg li fil-fatt se jinbidlu u jsiru mill-gdid. Permezz ta’ dan il-proġett ser inkunu qegħdin nagħtu wiċċ ġdid lil din it-triq. It-triq u l-bankina se jkunu ppavimentati f’livell wieħed permezz tal-materjal tal-porfido li jagħti dehra mill-isbaħ, izda se jigu nstallati bollards matul it-triq kollha halli xorta jkun protezzjoni meta jghaddu l-vetturi. Din it-triq ġaladarba jitlesta l-proġett se tkun meħlusa mill-karozzi pparkjati sabiex tizdied l-area pedonali u jigi nstallat softlandscaping permezz ta’ sigar.

Il-pjazzetta li nsibu f’parti mit-triq, u li sa llum tkun maħnuqa bil-karozzi pparkjati go fiha se ndawruha fi spazju miftuħ u msebbaħ. Se ninstallaw żewġ funtani, dawl dekorattiv, u numru ta’ bankijiet biex iservu ta’ post għar-rilassament. F’dan il-post ukoll wieħed se jkun jista’ jagħmel użu mis-servizz ta’ wi-fi li sejrin ninstallaw fiż-żona. Ir-riżultati fl-użu tal-wi-fi li qed nirreġistraw minn Pjazza Sant’Anna juri kemm l-użu tal-internet huwa popolari.

B’hekk se nkunu qed nitrasforaw din iz-zona kummercjali f’zona ta’ livell aktar gholi, aktar organizzata u nadifa. L-istat prezenti ta’ din it-triq ma jixraqx mal-kwalita’ tal-hwienet li wiehed isib f’din it-triq. Bosta sidien investew bil-kbir fl-istabbilimenti taghhom. L-istess ghamlu s-sidien tal-hwienet tax-Xatt ta’ Tas-Sliema u Triq Manwel Dimech. Fil-fatt wara li nlestu ix-xoghol fi Triq Bisazza hu pprogrammat xoghol iehor ta’ tisbih f’dawn l-inhawi ukoll ta’ din iz-zona kummercjali. Ovvjament waqt li ghaddejjin ix-xoghlijiet qed nipruvaw nimminimizzaw l-impatt fuq ir-residenti u fuq is-sidien tal-hwienet, izda ovvjament anke huma jifhmu li bilfors ammont ta’ nkonvenjenza bilfors ikun hemm.