Showing posts with label xoghlijiet. Show all posts
Showing posts with label xoghlijiet. Show all posts

Jun 16, 2011

Zewg progetti ohra ta' kwalita'

Dalghodu tghaxxaqt nara The President’s Kitchen Garden li l-President tar-Repubblika, Dr.George Abela, fetah bhala attrazzjoni gdida mal-gonna ta’ San Anton. Niftakar li meta l-President talabni mmur nara l-post xi sena u nofs ilu kont rajt post b’potenzjal kbir izda mhux sfruttat. Kien laqatni l-kuncett li kellu f’mohhu u weghdtu li nghinuh iwettaq il-holma tieghu li jiftah ghall-pubbliku din il-parti tal-Palazz. Il-holma twettqet u issa ghandna spazju iehor ta’ kwalita mahsub biex ikun centru edukattiv u kreattiv ghat-tfal u l-familji.

Taht it-tmexxija tal-Perit Jeanne Frendo mir-Restoration Unit fi hdan il-Ministeru tieghi, haddiema mill-istess unit ghamlu xoghol estensiv ta’ restawr kemm fuq il-gebla kif ukoll fuq l-injam, filwaqt li haddiema ohra tat-Taqsima tax-Xoghlijiet ghamlu parti konsiderevoli tax-xoghol fuq installazzjoni ta’ dawl, ilma u funtani. Bhala Ministeru ghinna wkoll sabiex saret sezzjoni b’annimali. Kienet ix-xewqa tal-President li fil-gonna jerga jkun hemm l-annimali, izda issa ghandhom spazji ferm aktar adegwati milli kellhom qabel. Laqatni l-fatt li l-President irnexxielu jlaqqa l-hiliet ta’ hafna nies u organizazzjonijiet bhal Heritage Malta u l-Ministeru tal-Edukazzjoni biex sawwar dan il-progett integrat.

Progett iehor li se jkun inawgurat dan il-weekend huwa dak tax-Xatt kollu ta’ M’Xlokk, fejn b’investiment ta’ €2 miljun ghal darb’ohra qed nergghu nagħtu aktar spazju miftuħ u msebbaħ għal familji tan-naha t’isfel ta’ pajjizna u dawk kollha li jzuru dan l-aktar post marbut mas-sajd f’pajjizna. Il-proġett beda sentejn ilu u kien maqsum fi tlett fażijiet. L-ewwel ma bdejna kien billi wessajna l-bankina ta’ man-naħa tal-ħwienet u djar, għaddejna s-servizzi kollha ġodda minn taħt il-bankina u ssebħet b’materjal tal-qawwi u l-porfido. Fl-istess hin għamilna wkoll it-triq mill-ġdid inkluz s-servizzi godda tad-drenagg. Komplejna mbaghad fit-tieni fazi billi sebbaħna x-xatt b’pavimentar ġdid fuq medda ta’ madwar 9,200 metru kwadru t'art. Installajna dawl dekorattiv kif ukoll street furniture li tixraq lil dan il-post minghajr ma ntellfu l-attivita’ lis-sajjieda. Insistejna li jitħallewx jitilgħu vetturi fuq il-pavimentar il-ġdid halli nibzghu ghall-investiment li sar.

It-tielet fażi tal-proġett kienet tikkonsisti fil-bini mill-ġdid tal-pjazza prinċipali ta’ Marsaxlokk u faccata taghha fejn qabel kien hemm carpark. Fil-pjazza nstallajna funtana, filwaqt li faccata tal-pjazza fl-għajn antika nstallajna monument f’ġieħ is-sajjieda kollha. Dan l-investiment juri biċ-ċar ukoll kemm il-Gvern irid li b’mod konkret jinvesti fit-tisbih taz-zoni kollha ta' pajjizna, specjalment iz-zoni l-aktar importanti marbuta mal-attivita' turistika ta' pajjizna. Dan l-investiment juri wkoll kemm hi ngusta l-kritika tal-Opposizzjoni li tghid li l-Gvern jinvesti minn fejn jigu l-voti u fejn ma jsibx l-appogg ma jaghmel xejn. M’ghandix dubju li l-Kunsilliera Lokali inkluz dawk li ma jappoggjawx lil PN, illum jistghu anke huma jkunu xhieda tal-impenn taghna li naghtu prodott ta’ kwalita’ lil din il-lokalita’, anke jekk forsi eccedejna l-pjanijiet originali taghna.

May 19, 2011

Xoghol kbir fuq is-Saluting Battery

Wahda mill-partijiet l-aktar strategici fis-sistema estensiva tas-swar tal-belt Valletta, dan il- monument imponenti u importanti fejn tidhol l-arkitettura militari fil-gzejjer Maltin, hija z-zona tas-swar maghruf bhala is-Sur ta’ San Pietru u San Pawl, jew kif inhi maghrufa ahjar illum, il-Barrakka ta’ Fuq. Din tiddomina, tista tghid, il-firxa kollha tal-Port il-Kbir u tipprovdi xena unika u meralviljuza, kif jghidu bl-Ingliz ‘a breathtaking view’.


Il- Kavallieri gharfu kemm il-valur militari u difensiv ta’ din il-pozijoni gholja kif ukoll dak rikkrejattiv. Fil-fatt skond Dr.Stephen Spiteri, il-Kavalieri fl-1661 ikonvertew parti mil-bastjun fl-loggia (‘barracca’) u gnien privat ghal beneficju tal-kavallieri. Il-parti l-baxxa tal-bastjun, pero’, li kienet mibnija b’mod imtarrag, baqghet isservi bhala pjattaforma mghamra bil-kanuni ghad-difiza tal-port u hafna drabi, dawn l-istess kanuni kienu jintuzaw biex jaghtu s-salut lill-galeri u lill-vaxxelli importanti li kienu jzuru Malta fiz-zmien l-Ordni. Il-batterija tigi l-aktar f’taghha bhala ‘saluting battery’, pero, fis-seklu dsatax taht l-Ingliz. Hafna mir-ritratti mehuda mis-seklu dsatax il-quddiem juru ringila ta kanuni ta’ diversi tipi (skond il-perjodu) ippostjati fuq din il-pjattaforma.




Taħt dan il-post insibu l-Lascaris War Rooms li llum il-Gvern ghaddihom lill-Fundazzjoni Wirt Artna. Matul is-snin kien jidhol kwantita kbira ta’ ilma kull meta taghmel ix-xita ghax l-ilma kien jgħaddi minn taħt il-ħaxix u s-siġar li kien hawn. Il-Ministeru tieghi nvesta rizorsi sostanzjali biex din is-Saluting Battery tigi riabilitata b’mod shih. Inqala l-materjal kollu li kien hemm, sar water proofing taht l-area kollha inkluz gejn kien hemm il-haxix, giet installata sistema ta’ drains ghall-ilma inkluz culvert matul id-dawra kollha u finalment tqieghed pavimentar gdid b’cangatura tal-qawwi.




Ta’ min jghid li kien hemm biss parti zghira li kien ghadha bic-cangatura antika. Liema cangatura inqalghet wahda wahda, giet innumerata, tnaddfet u regghet tpogiet. Dan ma kienx xoghol facli ghax ic-cangatura hija wahda ta’ daqs konsiderevoli u hoxna hafna. Il-materjal użat ilaħħaq l-ispiża ta’ madwar €150,000, eskluz il-pagi tal-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet. Illum dan ix-xoghol wasal biex jitlesta u b’hekk ser jikkomplimenta ix-xoghlijiet estensivi li il-ministeru tieghi qieghed iwettaq fuq is-swar majestuzi tal-Belt Valletta.




Issa s-Saluting Battery se tkun armata mill-gdid bill-kanuni awtentici tal-perjodu mill-Fondazzjoni Wirt Artna halli isservi bhala wahda mill-attrazzjoni turistika principali fil-Belt kapitali taghna. Dan huwa ezempju iehor ta’ hidma bejn il-Gvern u l-volontarjat f’pajjizna biex jinghata gharfien akbar ghal wirt ta’ pajjizna.

Jan 29, 2011

Wicc gdid ghal Triq Bisazza

Matul dawn il-ġranet tajna bidu għal proġett ieħor ta’ tisbiħ fi Triq Bisazza f’Tas-Sliema. Wieħed japrezza li din hija t-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti ta’ pajjizna wara l-Belt Valletta. Fil-fatt f’din it-triq biss hemm madwar hamsin hanut u kumpless shih ta’ hwienet. Barra hekk din iz-zona hija wahda turistika. Ghalhekk jixraq li jsir investiment fiha biex apparti li nkomplu ntejbu l-post ghar-residenti li jghixu fiha, ghall-Maltin li jmorru jixtru minnha, nkomplu ntejbu l-prodott turistiku tagħna. Dan ix-xogħol jikkumplimenta t-tisbiħ li diga sar f’din iz-zona kummercjali l-aktar permezz tax-xoghlijiet ta’ tisbih li sar fi Triq it-Torri u Pjazza Sant’ Anna.

Bhalissa qed isir ix-xoghol fuq is-servizzi tal-ilma u tad-drenagg li fil-fatt se jinbidlu u jsiru mill-gdid. Permezz ta’ dan il-proġett ser inkunu qegħdin nagħtu wiċċ ġdid lil din it-triq. It-triq u l-bankina se jkunu ppavimentati f’livell wieħed permezz tal-materjal tal-porfido li jagħti dehra mill-isbaħ, izda se jigu nstallati bollards matul it-triq kollha halli xorta jkun protezzjoni meta jghaddu l-vetturi. Din it-triq ġaladarba jitlesta l-proġett se tkun meħlusa mill-karozzi pparkjati sabiex tizdied l-area pedonali u jigi nstallat softlandscaping permezz ta’ sigar.

Il-pjazzetta li nsibu f’parti mit-triq, u li sa llum tkun maħnuqa bil-karozzi pparkjati go fiha se ndawruha fi spazju miftuħ u msebbaħ. Se ninstallaw żewġ funtani, dawl dekorattiv, u numru ta’ bankijiet biex iservu ta’ post għar-rilassament. F’dan il-post ukoll wieħed se jkun jista’ jagħmel użu mis-servizz ta’ wi-fi li sejrin ninstallaw fiż-żona. Ir-riżultati fl-użu tal-wi-fi li qed nirreġistraw minn Pjazza Sant’Anna juri kemm l-użu tal-internet huwa popolari.

B’hekk se nkunu qed nitrasforaw din iz-zona kummercjali f’zona ta’ livell aktar gholi, aktar organizzata u nadifa. L-istat prezenti ta’ din it-triq ma jixraqx mal-kwalita’ tal-hwienet li wiehed isib f’din it-triq. Bosta sidien investew bil-kbir fl-istabbilimenti taghhom. L-istess ghamlu s-sidien tal-hwienet tax-Xatt ta’ Tas-Sliema u Triq Manwel Dimech. Fil-fatt wara li nlestu ix-xoghol fi Triq Bisazza hu pprogrammat xoghol iehor ta’ tisbih f’dawn l-inhawi ukoll ta’ din iz-zona kummercjali. Ovvjament waqt li ghaddejjin ix-xoghlijiet qed nipruvaw nimminimizzaw l-impatt fuq ir-residenti u fuq is-sidien tal-hwienet, izda ovvjament anke huma jifhmu li bilfors ammont ta’ nkonvenjenza bilfors ikun hemm.

Jan 1, 2011

Taking stock !

Meta wiehed ihares lejn is-sena li ghadha kemm hallietna, bilfors inhoss ammont qawwi ta’ sodisfazzjon. Ghar-rigward tax-xoghlijiet pubblici komplejna naghtu spazji godda ta’ kwalita’ lill-pubbliku, bl-ahhar progett ikun dak tal-Gnien gdid fi Qui-si-Sana li verament intlaqa tajjeb hafna minn nies. Minn dejjem emmint li dik iz-zona jixirqilha gnien ta’ kwalita’ anke meta konna ghadna qed inharsu lejn is-sit biex jakkomoda carpark ghall-vizitaturi biex inaqqas il-problema tal-parkegg ghar-residenti. Fuq il-carpark dejjem ridna li jkun hemm gnien ta’ kwalita’, aktar milli l-gnien li kien hemm qabel li kien xempju ta’ telqa u abbuz.

Matul is-sena li ghaddiet zdied ukoll b’ritmu qawwi r-restawr tas-swar u fl-ahhar gimghat diga nkixfu partijiet li gew restawrati. Bhal ma nghid dejjem dan huwa xoghol mhux biss ta’ titjib estetiku izda qed isir hafna xoghol ta’ tishih strutturali bhal ma qed isir fuq is-swar tal-Imdina u c-Cittadella f’Ghawdex. Anke hawn jidher car li s-36 Miljun euro fondi tal-UE qed jintefqu b’mod effettiv fuq sitt kilometri shah ta’ swar. B’dan l-investiment qed inkomplu ninvestu fil-passat ghall-futur ta’ uliedna.

Fl-ahhar 12-il xahar komplejna wkoll fuq l-implimentazzjoni tal-istrategija nazzjonali riveduta ghall-immanigjar tal-iskart. Ftahna c-Centru tar-Riciklagg f’Sant’Antnin. X’ma ffacjajniex biex wasalna ?! Imma wasalna u llum ic-centru qed jahdem biex jitratta madwar terz tal-iskart kollu li niggeneraw f’pajjizna. U n-nies li gew setghu jaraw b’ghajnejhom kemm kien zbaljat minn ipprova jfixkel. Ovvjament fadlilna nibnu facilitajiet ohra fix-xhur li gejjin fil-postijiet diga ndikati fl-istrategija. Izda anke hawn, avvanzajna fuq il-permessi necessarji minghand il-MEPA.

Mal-MEPA matul l-ahhar xhur hdimna wkoll fuq il-permessi necessarji ghal Flood Relief Project. Liema progett se jkun iffinanzjat ukoll mill-UE b’madwar 54 miljun euro. Dan il-progett se jwassal sabiex innaqqsu b’mod sostanzjali l-problema tal-gharghar f’zoni bhal Haz-Zebbug, Hal Qormi, Marsa, B’Kara, Msida, Wied il-Ghajn u lokalitajiet ohra. Dan se jsir billi jithaffru sensiela ta’ mini taht l-art halli l-ilma tal-gharghar jimxi aktar malajr u johloq ferm anqas hsara. Matul is-sena d-diehla x-xoghol fuq dan il-progett se jkun inbeda sew.

Dawn huma l-progetti principali ta’ Ministeru vast. U ma semmejt xejn fuq il-hidma fl-oqsma tal-agrikoltura, tas-sajd u l-energija nadifa. Inhares lejn l-2011 b’ottimizmu ghax fiha se nkunu qed nikkonsolidaw il-hidma taghna f’pajjiz li qed ikompli jara bidliet posittivi minkejja d-diffikultajiet li ghadna qed naraw fl-ekonomiji nternazzjonali.

Apr 9, 2010

Aktar progetti

Dalghodu zort ix-xogholijiet li L-Ministeru qed jaghmel fuq iz-zuntier tal-Knisja tal-Mosta, liema knisja kienet inbniet ghal habta tal-1860. Bazikament qed jinbidel il-parapett kollu taz-zuntier li kien ta' periklu ghan-nies. Din il-knisja apparti li hija post ta' qima hija ukoll post li hafna turisti jzuru f'pajjizna. Ix-xoghol qed isir skond id-disinji originali tal-perit Giorgio Grognet de Vassé. Dan ix-xoghol qed isir minn nies tas-sengha anke ghax wiehed irid japrezza li dan mhux facli anke ghax il-parapett huwa fit-tond u kull bicca minnu ghandu kurvatura differenti. Barra hekk hemm xoghol fuq il-hadid li jzomm is-soprabank tar-recint. Tajjeb nghid li l-Knisja se tohrog parti mill-ispejjez

Hsibna ukoll li nintroducu zewg sicilian fountains taht iz-zuntier, li kienu inkluzi fil-pjanti originali ta' Grognet izda li effettivament qatt ma saru. Originarjament tajjeb wiehed ghid li Grognet kien iddisinja anke obelisk biex isir fil-piazza. Dan ukoll qatt ma sar u llum difficli li jsir minhabba t-traffiku. Dan ix-xoghol kollu se jiswa lill-Gvern madwar €200,000.


Illum ukoll iltqajt mal-Kunsill Lokali ta' Marsaxlokk sabiex nispjega x-xoghlijiet li se jkomplu fuq ix-xatt ta' hemmhekk. Is-sena l-ohra konna diga ghamilna x-xoghol fuq bankini godda fuq in-naha tal-bini. Meta gejna biex naghmlu x-xoghol fuq il-promenade ghamilna kundizzjoni cara. Mhux se nonfqu flus pubblici biex naghmlu x-xoghol, imbaghad inhallu vannijiet inkluz ta' dawk li jarmaw il-monti, jitilghu fuq il-promenade bir-rizultat li wara zmien qasir nibdew bi hsarat. Iddiskutejna diversi options. Il-Kunsill Lokali qal tieghu, tal-hwienet u s-sajjieda qalu taghhom u tal-Monti qalu taghhom ukoll. Smajna lil kulhadd u issa ddecidejna. L-option li ghazilna jaqbel maghha l-Kunsill Lokali. Tal-Monti se jithallew jarmaw izda mhux se jithallew jarmaw bil-vannijiet fuq il-promenade. Ix-xoghol, li se jqum madwar €2 Miljun, mistenni jibda fil-granet li gejjin.

May 23, 2008

Xatt is-Sajjieda, San Giljan

Il-bierah fillgħodu żort ix-xogħol li għaddej fuq it-tisbiħ tal-promenade f’San Ġiljan, fl-inħawi magħrufa bħala Xatt is-Sajjieda. Dan ix-Xatt kellu bzonn jitranga wahda sew, ghax iz-zmien kien ghamel bih, u specjalment wara l-maltempata ta' Jannar li ghadda kellu bzonn jinqala mill-gdid. Hekk u hekk il-bahar kien diga qala hafna minnu !

Ix-xogħlijiet, li qed isiru mill-haddiema tat-Taqsima tax-Xoghlijiet, jinkludu l-pavimentar mill-ġdid tax-xatt u t-tqegħid ta’ madum b’mod li jkun hemm differenza bejn il-parti pedonali u l-post fejn is-sajjieda jistgħu jgħaddu bid-dgħajjes tagħhom. Qaghdna attenti li lis-sajjieda ntejbulhom il-facilitajiet li ghandhom, anke ghax irridu nzommu dan il-karattru li ghandu dan il-post mas-sajd. L-estensjoni tal-promenade fiha ftit inqas minn 2000 metru kwadru ta’ pavimentar u x-xogħol huwa mistenni li jitlesta fil-bidu ta’ Lulju. L-ispiża ta’ dan il-proġett hija ta’ madwar €170,000 (Lm79,981).

Waqt li ndirizzajt lil media il-bierah enfasizzajt li l-promenade minn San Giljan sal-Pieta' ghandu jitqies bħala wiehed u għalhekk għandu jkun hemm kontinwità fil-materjali u street furniture li jintuzaw. Habbart ukoll li fi ftit granet ohra jibda x-xoghol fuq bicca ohra mill-promenade tax-Xghajra u li f'Ottubru li gej jibda x-xoghol fuq il-promenade ta' Qui-si-Sana. Hemm pjan ta' xoghol ambizjuz hafna, imma mpenjati li ntejbu bis-shih iz-zoni ta' rikreazzjoni tal-pubbliku u tat-turisti.