Triq Bisazza
Triq Bisazza lesta wkoll! U fully pedestrianized! Sodisfazzjon kbir ghalija. Kont ili s-snin twal nohlom li din it-triq naghtuha dehra gdida u naghmluha aktar safe u nadifa ghal dawk li jigu jixtru minn din it-tieni l-aktar zona kummercjali mportanti ta’ pajjizna wara l-Belt Valletta. Izda bhas-soltu kien hemm minn ghal raguni u ghall-ohra oppona li din it-triq innehhulha t-traffiku minnha. Iżda rebħu l-perseveranza, il-pacenzja u r-raguni. L-ghazla taghna li mmorru ghal full pedestrianization giet msahha bid-decizzjoni kemm tas-Sliema Business Community kif ukoll tal-Kunsill Lokali li t-tnejn ivvotaw b’maggoranza kbira biex din it-triq tinheles mit-traffiku u nipruvawha ghallanqas ghas-sitt xhur li gejjin anke minghajr l-karozzi tal-linja. Anke il-GRTU qablet mal-idea. Wiehed irid jifhem li bin-network gdid tat-trasport pubbliku, konna nispiccaw b’karozza tal-linja tghaddi kull zewg minuti minn Triq Bisazza u dehrilna li dan ma joffrix sens ta’ sigurta’ lil pedestrians. Ovvjament xi opposizzjoni tibqa dejjem. Ammont ta’ biza’ jew interessi jibqa dejjem. Imma m'ghandix dubji li dawn il-bizat jigu meghluba.Waqt li kienu ghaddejjin ix-xoghlijiet kienu hafna li ghaddewli kummenti kull meta nzilt sa hemm. Imma l-aktar zewg kummenti li laqtuni kienu dawn. Malti li ghandu ufficcju fuq Triq Bisazza qalli “Grazzi. Ghax ghallanqas issa nista’ niftah it-tieqa. Qabel kont nifga.” U kumment simili ta’ persuna barranija li ilu jghix Malta xi 40 sena li gie fuqi u qalli “Thanks, finally we can breathe in this street”. Ambjent nadif li anke ta sens ta’ liberta’ u kumdita’. Hadt gost ninnota lin-nies jaqsmu t-triq u jaghmluha taghhom. Anke l-bankijiet ghamlu taghhom mill-ewwel ghax bdew juzawhom minn kif l-haddiema tal-Works Division installawhom fil-post u kien ghadhom miksija bil-plastic ! Hekk niehu gost jien. Nara lin-nies jokkupaw l-ispazju pubbliku minflok il-karozzi.Take the longer, faster route kienet tghid tabella kbira li kienet twehhlet fit-tarf ta’ Triq Qui-si-Sana mill-ewwel Kunsill Lokali ta’ Tas-Sliema. Dan biex jidderigi t-traffiku lejn Qui-si-Sana minflok jghaddi minn Triq Bisazza. Izda mbaghad din l-kampanja spiccat indifnet. Issa wara hafna snin se nkunu nistghu naghmlu dan fil-prattika anke ghax fix-xhur li ghaddew flimkien mal-Kunsill Lokali wessajna l-promenade ta’ Qui-si-Sana,u t-Transport Malta se jkunu lestew l-access ghat-tunnel ta’ Tigne’. Fil-verita’ kont xtaqt li t-TM lestew l-access ghat-tunnel tal-MIDI qabel halli ma kienx ikollna nghabbu t-traffiku ghax-Xatt minn fuq it-toroq interni ta’ Tigne’ sakemm naghmlu x-xoghol fuq Triq Bisazza izda ghallanqas issa se jkunu lestewh sad-data tal-ftuh ta’ Triq Bisazza.Nhar it-Tnejn, proprju l-għada ta’Jum l-Ambjent, il-Prim Ministru se jinawgura din it-triq Ix-xoghol fi Triq Bisazza jikkumplimenta t-tisbiħ li diga sar l-aktar permezz tax-xoghlijiet li saru fi Triq it-Torri, Pjazza Sant’ Anna u Triq Manwel Dimech. Ovvjament ma tajniex biss cover gdid izda kellna naqilghu u nbiddlu s-servizzi tal-ilma u tad-drenagg mill-qiegh. Ovvjament fadal progett iehor wara dan, dak tal-upgrade tax-Xatt ta’ Tas-Sliema. Irridu naghmlu qabza ta’ kwalita’ minghajr ma ntellfu l-parking ghall-vetturi. Veru li s-sistema tat-trasport pubbliku se tbiddel l-mod kif nivjaggaw izda zgur ma nistghux innaqqsu l-parking ghal min jiddeciedi li jrid jivvjagga bil-vettura privata tieghu. Diga tlifna numru ta’ parking spaces u ma nistghux nitilfu aktar. Mhux se jkun esercizzju facli biex nilhqu dan il-bilanc izda bhas-soltu ma hemm xejn facli fil-hajja. Kif wasalna b’perseveranza fuq Triq Bisazza naslu wkoll fuq ix-Xatt.
No comments:
Post a Comment