Showing posts with label generali. Show all posts
Showing posts with label generali. Show all posts

Feb 23, 2008

Ħallietna stilla

Din hi frazi li smajtha kemm il-darba fl-aħħar sigħat minn mindu sar magħruf li mietet Ġemma Portelli. Għall-ġenerazzjoni tiegħi, u dawk ta’ qabli Portelli kienet ‘ta’ ġewwa’. Aħna trabbejna naraw it-TV u nidħqu ma’ Ġemma. Il-mewt tagħha tfisser li tlifna waħda minnha.

Ġemma kienet mara li se tibqa’ magħrufa għas-sehem tagħha fi produzzjonijiet teatrali, kemm fuq il-palk kif ukoll fuq it-televizjoni biex ggib tbissima fuq wicc il-poplu Malti u Ghawdxi. Kienet personalita’ li ħadmet biex izomm l-għaqda bejn il-Maltin u l-emigranti Maltin f’pajjizi barranin, speċjalment l-Awstralja.

Kien doveruz li Ġemma ngħatat il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika fis-sena 2000, liema rikonoxximent isellem il-ħidma ta’ Ġemma tul karriera twila.

Illum wara nofsinhar kont wiehed mill-mijiet ta' nies li attendew il-funeral fil-knisja parrokjali tal-Imsida biex naghtu l-ahhar tislima lil Gemma. Kien kommoventi l-mument fejn persunaggi ohra tat-teatru bhal Charles Thake, George Micallef, Hector Bruno u ohrajn telghu jitolbu fuq l-artal. Fl-ahhar tal-quddiesa it-tislima tal-vjolinista Joe Chetcuti kienet f'loka. Tislima helwa ghal persuna helwa.

Minn hawn insellem lil uliedha u lill-familja tagħha u nuri s-solidarjeta’ tiegħi magħhom f’dan il-mument diffiċli.

Feb 2, 2008

100 sena ta' hidma ghaz-zghazagh f'Tas-Sliema

Nhar il-Hamis filghaxija attendejt il-quddiesa li s-Salezjani organizzaw bhala radd ta' hajr fl-okkazzjoni tal-100 sena minn meta beda jahdem l-Oratorju taz-Zghazagh f'Tas-Sliema.

Il-Knisja kienet imballata bin-nies ghall-quddiesa ikkoncelebrata mill-Arcisqof Pawlu Cremona fil-Knisja ta' San Girgor f'Tas-Sliema.

Tfal, zghazagh, genituri u anzjani. Hafna minnhom ulied l-Oratorju li huwa maghgun mal-komunita' Sliemiza u l-komunitajiet tal-madwar. Rari ssib familja li ma kelliex xi membru jmur f'xi zmien jew iehor f'dak l-Oratorju. Ommi u huta kienu jifrekwentawh hafna. Jien gieli kont immur meta kont zghir, specjalment mal-kugin tieghi Mario, li kien midhla sew ta' hemmhekk.

Huwa Oratorju li jipromwovi stil ta' hajja bbazata fuq it-taghlim ta' Don Bosco fejn tinbena relazzjoni hajja bejn l-edukatur u z-zaghzugh/a . Joffri spazju nadif fejn iz-zghazagh jiltaqghu u jsiru hbieb. L-emfasi principali ssir fuq zvilupp shih, permezz tal-isport, drama, muzika u rikreazzjoni. Joffri fuq kollox sens ta' leadership. Mhux ta' b'xejn li hafna minn dawk li hargu mill-Oratorju llum huma attivi fis-socjeta' civili. Gharfu li l-persuna umana m'ghandix biss drittijiet izda anke dmirijiet lejn il-kumplament tas-socjeta'

Minn hawn irrid irrodd hajr lis-Salezjani kollha inkluz dawk lajci li matul dawn l-ahhar taw is-sehem taghhom biex dan l-Oratorju jkun centru ta' haj ta' zvilupp tal-bniedem.

Jan 28, 2008

San Alwigi, l-Ilma u Young Enterprise

Nhar is-Sibt li ghadda kont mistieden minn grupp ta' studenti mill-Kullegg ta' San Alwigi li qed jippartecipaw fil-programm tal-Young Enterprise. Programm li jaghti opportunita' lil dawn l-istudenti zghazagh jahdmu bhala team biex jipromwovu prodott u jlaqqaghhom b'mod dirett mad-dinja tal-kummerc.

Dawn iz-zghazagh ghazlu li jaghmlu kampanja ta' marketing ta' aerator zghir msejjah “Aqua Clic” li jehel mal-vit sabiex inaqqas il-volum tal-ilma li wiehed juza.

Hadt gost nara l-presentation professjonali li ghamlu dawn is-sittax il-zaghzugh u zaghzugha. Ghamlu kit b'look professjonali inkluz b'leaflet u cd informattiv. Tinduna li din l-esperjenza haduha b'serjeta' kbira.

Fil-kelmtejn li ghamilt, irringrazzjajthom talli ghazlu l-konservazzjoni tal-ilma bhala t-tema principali tal-marketing campaign taghhom. Risorsa li xi kultant ahna niehduha wisq for granted u ma nibzghux bizzejjed ghaliha. Spjegajt li xi kultant ninsew l-fatt li tlett itfal imutu kull minuta li tghaddi minhabba nuqqas ta' access ghall-ilma nadif ! Din ir-risorsa aktar ma jghaddi z-zmien aktar se ssir importanti, specjalment bil-bidla fil-klima.

Jan 15, 2008

Intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali

Illejla il-Papa Benedetto XVI habbar li mhux se jattendi il-ftuh tal-Universita' La Sapienza ta' Ruma nhar il-Hamis li gej. Il-Papa jidher li ha din id-decizzjoni wara l-kontestazzjoni harxa li ghamlu grupp ta' studenti u anke ghalliema li ma riedux li l-Papa jattendi l-ftuh tas-sena skolastika. Din il-protesta ilha tinhema mit-22 ta' Novembru meta grupp ta' "professuri lajci" kitbu ittra miftuha fejn ipprotestaw kontra l-presenza tal-Papa fl-Universita'.

Il-protesta hadet forma aktar qawwija llum meta grupp ta' studenti u "professuri" okkupaw l-ufficcji tar-Rettur tal-Universita', li stieden lill-Papa biex izur l-Universita' u jaghmel diskors lill-ghalliema u l-istudenti.

Fl-opinjoni tieghi din il-protesta hija tebgha qawwija ghat-tolleranza li suppost turi d-dinja lajka. Filwaqt li nemmen li kulhadd ghandu dritt jesprimi ruhu kif ikoss, nemmen bil-qawwa li dan huwa att gravi li juri biss intolleranza anti-demokratika u anti-kulturali. Naqbel bis-shih ma' dak li qal ir-Rettur tal-Universita' meta qal li "il-laqgha mal-Papa setghet tirraprezenta mument importanti ta' riflessjoni, kemm ghal dawk li jemmnu kif ukoll ghal dawk li ma jemmnux f'Alla, fuq problemi etici u civili".

Ghandhom ragun hafna mill-politici kemm tal-lemin u tax-xellug li urew l-ghadab taghhom ghal dan l-attegjament intolleranti.

Il-Prim Ministru Prodi «din hija klima li ma taghmilx unur lit-tradizzjoni ta' civilta u tolleranza tal-Italja». Il-leader tal-Partit Demokratiku, Walter Veltroni qal «attegjament bhal dan jaghmel hsara lid-demokrazija u l-liberta'». Berlusconi qal «dan huwa fanatizmu li ma ghandux rabta mat-tradizzjoni lajka».

L-uniku zewg politici li iddistingwew ruhhom mill-kor ta' politici li esprimew kondanna kontra din l-intolleranza kienu s'issa il-mexxej Radikali, Marco Pannella, u s-Senatur tal-Partit tal-Hodor, Giampaolo Silvestri, li esprima solidarjeta' mal-lecturers li hassew li kienet zbaljata l-istedina tar-Rettur.

Dec 30, 2007

Ingabru Lm600,296 !

Il-bierah filghaxija ukoll mort nirrispondi t-telefonati waqt il-programm l-Istrina. Xi haga li niehu gost naghmel kull sena. Ili naghmel hekk ferm qabel ma sirt deputat jew Ministru. Meta kont ghadni zghir anke ta' 12-il sena kont immur nghin fil-programm li kien jorganizza dak iz-zmien Victor Aquilina.

Apparti li rrispondejt it-telephone, speci ta' kantajt mal-choir tal-membri parlamentari. Tghidx kemm konna helwin bix-xema ! Raggiera kien jonqosna !

Matul dawn it-tip ta' avvenimenti tispikka l-ġenerożita' u solidarjeta' tal-poplu Malti lejn ħafna nies fi bżonn. Il-bierah nġabret is-somma ta' Lm600,296. Affaxxinawni Peppi Azzopardi, Valerie Vella u John Bundy li ma waqfu xejn f'xandira ta' 13-il siegha !

Attenda ghal hin twil il-Prim Ministru u l-mara tieghu kif ukoll il-President Fenech Adami u l-mara li jiehdu hsieb l-Community Chest Fund li se tiehu hsieb tqassam l-flus li ngabru.

Dec 27, 2007

Dr.Sant, Good Luck

Il-bierah thabbar li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni, Alfred Sant, se jkun rikoverat l-isptar biex jaghmel intervent kirurgiku.

Il-bierah filghaxija bghatlu email qasira biex nawguralu fejqan ta' malajr.

Ghalkemm rivali fil-politika, f'mument bhal dan kollox isir sekondarju, u ghalhekk nawgura li l-Kap ta' l-Oppozizzjoni jghaddi minn dan l-intervent b'success u b'hekk ikun jista' jirritorna ghall-hajja pubblika mill-aktar fis.

Dec 25, 2007

Milied mal-Familja

U l-Milied dalwaqt jasal, wasal u ghadda ! Il-jum tal-25 ta' Dicembru bdejnih fil-Knisja tal-Ibrag fejn morna nisimghu l-quddiesa ta' nofsillejl. Kemm jien kif ukoll Lourdes nhossu li ma jkunx verament gie l-Milied jekk ma mmorrux dik il-quddiesa. Kienet quddiesa sabiha, akkumpanjata bil-kant tal-Kor Cantores Sancti Juliani.
Qomt kmieni fis-7.00am halli nkompli nsajjar. Ghax bhal ma ili issa minn meta zzewwigna, dakinhar tal-Milied nistieden lil-huti, hut il-mara u l-genituri, ovvjament minn mindu mietu l-genituri tieghi, dawk tal-mara biss jigu. B'kollox konna xi 20 ruh. Niehu gost insajjar kollox jien. Bdejt mill-bierah u komplejt illum. Ghajjejt imma fl-istess hin niehu gost ghax inhossni nirrilasja ruhi.

Wara l-ikel beda l-ghoti tar-rigali u mbaghad it-tifla Mattea u z-zewg neputijiet Krista u Juanita (hawn jidhru fir-ritratt) ppreparawlna produzzjoni teatrali marbuta mal-okkazzjoni. Sal-entertainment kellna !!

Insomma il-Milied gie u ghadda. Imma ghallanqas tana opportunita' nqattghu gurnata mal-familja. Issa minn ghada ikomplu l-parties. Viva d-dieta !

Nov 25, 2007

Viva l-pluralizmu fix-xandir

Il-bierah filghaxija attendejt l-Malta Television Awards flimkien ma' Lourdes ghax il-programm Newsroom li tiproduci hi kull nhar ta' Tnejn fuq NET TV kien nominat ghal Best Current Affairs Programme Award. Newsroom ma rebahx imma rebah il-programm tal-One TV, Trip.

Kienet serata helwa fejn inghataw numru konsiderevoli ta' awards lil persuni nvoluti fl-industrija tat-televizzjoni lokali, minn production houses, presenters, editors, atturi ecc.

Waqt is-serata gieni hsieb: koss dan kollu illum jista jsehh ghax fil-bidu tas-snin disghin il-Gvern mmexxi mill-PN ha d-decizzjoni biex ikollna l-pluralizmu fix-xandir u kien fetah il-bibien tal-PBS ghal production houses privati. B'dik id-decizzjoni kien indifen il-monopolju tal-istat fix-xandir li kien ghaddiena mill-esperjenza moqzieza ta' Xandir Malta. Anke dakinhar il-PN gie kkritikat mill-Opposizzjoni Laburista, li mbaghad rikbet fuq id-decizzjoni u bniet l-media audio-viziva taghha f'binja fil-Marsa moghtija lilha mill-istat !

Is-sala tal-Hilton fejn saret l-attivita' il-bierah filghaxija kienet imballata b'nies li llum huma mpjegati full-time jew part-time fl-industrija tat-televizzjoni f'pajjizna. Hafna minnhom zghazagh li gew imharga fil-kors tal-Communications li ukoll infetah ghax il-PN fil-Gvern fetah il-bibien tal-Universita' berah u fl-1991 twaqqaf ic-Centre for Communication Technology (CCT) u bdew dehlin l-istudenti fil-kors tal-Communications.

Xi kultant nahsbu li kollox ilu maghna minn dejjem imma ftit nahsbu fuq iddecizzjonijet li bidlulna hajjitna !

Nov 19, 2007

Christmas Village


Bħalissa fil-Ministeru tiegħi qed inħejju biex bejn it-13 u s-16 ta’ diċembru li ġej norganizzaw Christmas Village fil-Park Nazzjonali f’Ta’ Qali. L-idea nibtet wara li fl-aħħar jiem organizzajna b’suċċess Festa Familja fl-istess sit biex infakkru l-ftuħ ta’ l-estensjoni ta’ l-istess park. Il-mijiet ta’ familji li ġew u ħadu gost ġiegħluna naħsbu biex inkomplu nagħtu ħajja lil dan il-post li issa kompla jissebbaħ. Bil-festi tal-Milied dalwaqt magħna, ddeċidejna li norganizzaw numru ta’ attivitajiet fil-park b’mod li noħolqu villaġġ tradizzjonali tal-Milied.

Fost l-attrazzjonijiet ewlenin li se jkun hemm, wieħed se jsib korijiet ikantaw muzika tradizzjonali tal-Milied, ikel u xord tradizzjonali ta’ dawn iz-zminijiet, wirjiet marbuta mal-Milied, logħob għat-tfal u ma jistax jonqos li jkollna l-post armat b’dawl u tizjin tal-Milied.

Id-dħul għal dan il-villaġġ se jkun b’xejn u l-villaġġ se jkun miftuħ kuljum bejn l-10am sa’ tard filgħaxija. Il-Ħadd 16 ta’ diċembru l-attivitajiet jintemmu għall-ħabta tas-6pm. Biex inkunu ċerti li nolqtu l-gosti ta’ kulħadd ħsibna wkoll biex filgħaxija ntellgħu spettakli b’tema differenti u dawn se jkunu Christmas by Candlelight, Christmas with the Stars u Christmas Unplugged. Peress li l-lista ta’ kantanti għadha qed tiġi finalizzata, nħeġġiġkom biex issegwu l-mezzi tax-xandir għal aktar dettalji fil-jiem li ġejjin.

Nittama li narakom f’atmosfera ta’ ferħ biex flimkien niċċelebraw Milied kif jixraq.

Nov 11, 2007

Tal-lampuki hawn !

Il-bierah filghaxija attendejt il-Festa tal-Lampuki li l-Ministeru organizza gewwa San Giljan. Biex inkun onest minhabba t-temp kif kien, kont dubjuz kemm se jattendu nies. Imma kont sorpriz bin-nies li gew.

L-attivita' bdiet xi s-6.30pm imma gara li sat-8.00pm mill-istands tal-Hilton Hotel, Radisson SAS Hotel u InterContinental Hotel kienu bieghu kollox ! Dawn it-tlett lukandi accettaw li jippartecipaw billi jsajru u jaqsmu man-nies ricetti differenti tal-lampuki.

Imnella kien hemm il-qassatat tal-lampuki tal-Ghammieri u carpaccio tal-lampuki tal-Fondazzjoni San Pietru biex trejjaqt !

Dawn il-festi qed naghmluhom biex nipromwovu l-prodotti lokali u bil-mod il-mod qed jidhlu fil-kalendarju kulturali ta' pajjizna. Fi Sqallija u l-Italja jorganizzaw is-Sagre u xtaqt li nibdew norganizzaw xi haga simili. L-attendenza tan-nies qed tkompli theggigna nkomplu.

Il-Festa li jmiss hija dik tal-majjal. Il-bierah filghaxija stess bdejna niddiskutu kif l-ahjar norganizzawha !

Oct 23, 2007

The Smart Healthy Way !

Dalghodu kont mistieden nattendi fl-iskola Primarja ta' San Gwann attivita' bl-isem "Tomorrow We Grow: The Smart Healthy Way!". Attivita helwa u organizzata tajjeb li l-ghan taghha hu biex tispjega lit-tfal x'ghandhom jieklu u x'ma ghandhom jevitaw kif ukoll l-importanza tal- ezercizzju.

Meta kellimt lit-tfal ma stajtx ma nispjegax kemm hu difficli li taghmel id-dieta. Ghidtilhom biex ma jimitawx lili u ahjar izommu l-kontroll issa li ghadhom zghar aktar milli jaghmlu d-dieta' meta jikbru kif qed naghmel jien.

Laqatni l-fatt li din l-attivita' ma kenitx immirata ghat-tfal izda anke ghal genituri. Hadt gost li kienu hafna specjalment l-ommijiet li attendew u ppartecipaw b'mod attiv. Fil-fatt fil-kelmtejn li ghidt waqt l-okkazzjoni fahhart il-fatt li l-genituri tat-tfal jippartecipaw b'sahha fl-attivitajiet li l-Head tal-iskola Ms.MaryRose Debono u l-ghalliema jorganizzaw. Ili naf lil Ms.Debono minn meta kelli sitt snin meta kienet tghallimni fl-iskola Primarja ta' tas-Sliema.

Wara l-introduzzjoni tal-bidu ghoxejt induru il-klassijiet ma' Dolores Cristina. It-tfal mimlijin entuzjazmu u innocenza. Tghidx kemm bdejt tajjeb il-gurnata llum. Imqarr kuljum nibdiha hekk !

Oct 19, 2007

Xemx u xita….Alla jaf meta!

Dan hu l-ħsieb li ġieni f’moħħi hekk kif il-bierah filgħodu, kontra qalbi kelli niddeċiedi li nipposponi b’ġimgħa l-attivitajiet li kellna maħsuba għat-Tree Planting Weekend fi tmiem din il-ġimgħa.

Domt biex qtajt qalbi, u saħansitra ittamajt f’aħbarijiet pozittivi mill-Uffiċju Meterjoloġiku pero kulħadd tani l-parir li nipposponi b’ġimgħa. Il-ħsieb tagħna hu li dak kollu li kellna f’moħħna għal din il-ġimgħa nagħmluh bejn is-26 u t-28 t’Ottubru.

Dakinhar nittama li nagħtu l-aqwa risposta lil min ħaseb li b’sempliċi att vandalu se jaqtalna qalbna…ovvjament dejjem jekk it-temp jippermetti!

Jidher li l-idea li ngibu lill-Arcisqof biex jintervjeni ghalina ma hadmitx !

Oct 12, 2007

L-inbid Malti ghandu valur !

Din il-gimgha wegibt mistoqsija parlamentari fuq l-ghajnuna fuq id-dwieli u jkolli nistqarr li jien stess impressjonajt ruhi bit-twegiba. Dr.Joe Cassar, wiehed mid-deputati tal-Gvern, staqsini: "Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied it-tkabbir tad-dwieli għall-inbid kull sena mis-sena 2000 'l hawn u x'għajnuna finanzjarja ngħatat s'issa għat-tkabbir tad-dwieli, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea? Kemm hawn persuni reġistrati li qed ikabbru d-dwieli għall-inbid, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?"

It-twegiba li ppreparawli n-nies teknici tal-Ministeru ssorprenditni. Mill-2003 lil hawn l-għajnuna finanzjarja li ngħatat għat-tkabbir tad-dwieli lil bdiewa kienet ta’ madwar Lm 1.4 Miljun. Li minnha madwar Lm 133,000 ġew mill-Unjoni Ewropea.

Fl-2003 f'Malta u Ghawdex kellna 5,500 tomna art bid-dwieli filwaqt li sas-sena 2006 kien hawn irreġistrati madwar 8,100 tomna ta' art ghad-dwieli. Bhalissa ghandna madwar 3,000 bidwi li jkabbar l-gheneb.

Ghalhekk meta dan il-weekend tkun qed tixrob xi tazza nbid tajjeb ta' Malta ftakar li fuq dak l-inbid kien hemm investiment qawwi. Ftakar ukoll fix-xoghol iebes tal-bidwi biex kabbar l-gheneb li minnu sar l-inbid li qed tixrob.

Oct 10, 2007

Wasal Father Christmas!

Il-ħajja fil-politika laqqgħetni ma' ħafna episodji u għallmitni ħafna. Il-kuntatt man-nies jibqa’ l-aktar għal qalbi. Minn nies titgħallem, tisma l-aspirazzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom u tħoss sodisfazzjon meta tara li l-ħidma qed tigi apprezzata.

Ikolli nammetti li l-laqgħat tal-pubbliku xi kultant jissarrfu wkoll f’espisodji komiċi li rrid naqsam magħkom. Il-bieraħ waħda minnhom. Kont qiegħed nagħmel xi zjarat għand familji s-Swatar u kien imissni nħabbat l-ahhar dar, kienu xi d-9.00pm. Bdejt gejja l-ghejja.

Jien ma rrealizzajtx li kien hemm qanpiena tal-elettriku fil-pilastru tal-parapett. Bqajt diehel l-parapett u ezatt hdejn il-bieb nara qanpiena kbira. Ovvjament, bdejt indoqqha u din għamlet ftit ħsejjes mhux ħazin. F’daqqa waħda, minn ġewwa nisma tifel zgħir li b’ton ta’ ferħ beda jgħajjat u jgħid lil ommu “Mama’, Mama’, wasal Father Christmas”!!

Dan ma kienx bizzejjed. Naħseb li x’ħin rani t-tifel aktar ikkonvinċa ruħu li jien veru Father Christmas tant li mar ġab karta u lapes u beda jnizzel lista ta’ x’ġugarelli jrid għall-Milied li ġej. Tant kien konvint li x’ħin ommu qaltlu li jien m’iniex Father Christmas, tgħidx kemm beka bil-qalb miskin !

Anke dan l-episodju kkonfermali l-innoċenza tat-tfal, u l-bzonn li nkompli bid-dieta!!

Oct 3, 2007

Annabelle u l-qawwa tal-komunita'

Il-bierah, jien u Lourdes gejna mistiednin nattendu quddiesa ta’ ringrazzjament ta’ Annabelle Vassallo, habiba taghna fil-knisja tas-Siggiewi. Annabelle, ghaddiet minn esperjenza ta’ mard u kellha titla’ ghal kura Londra fejn kienet qed tghix ghal dawn l-ahhar disa’ xhur.

Xi haga li laqtitni l-bierah hija l-kuragg li biha ghexet din l-esperjenza. Annabelle qasmet hsieb zghir maghna : Minkejja d-diffikultajiet kbar tal-marda, kienet kapaci tesperjenza ferh u paci kbira fil-hajja taghha.

Tkellmet fuq l-importanza ta’ l-appogg li wrewha l-familja u l-hbieb taghha imma fuq kollox tkellmet fuq il-fidi taghha. Qaltilna li l-Mulej ghamel maghha aktar milli hi qatt setghat titlob jew timmagina. Il-Mulej ghamel maghha hwejjeg kbar – mhux biss il-prezenza Tieghu akkumpanjat ‘l Annabelle matul dawn ix-xhur li ghaddew izda esperjenzat fejqan fizikali. It-tumur li tant kienet qed tibza minnu donnu miet.

Din il-quddies kienet esperjenza fejn personalment ergajt irriflettejt fuq l-infinita’ ta’ Alla. Fuq kemm Alla ghadu jezisti u jimxi maghna. Laqatni wkoll is-sabih tal-komunita’ Maltija. Meta jinqala’ l-ghawg, specjalment il-mard, tara n-nies jaghtu l-appogg b’mitt elf mod. Il-bierah fis-Siggiewi, hassejt il-qawwa tal-komunita’, l-imhabba lejn il-proxxmu u fuq kollox is-sahha tas-solidarjeta’ Maltija.

Sep 26, 2007

09/11

Nhar it-Tnejn filghaxija jien u Chris Ciantar morna r-restaurant ftit metri 'l boghod mill-hotel fejn konna u laqatni l-fatt li kif tidhol hemm tabella kbira bl-ismijiet ta' klienti regolari ta' dak ir-restaurant li tilfu hajjithom fit-twin Towers. Hija ovvja li dik it-tragedja halliet marka kbira fuq l-Amerikani specjalment fuq in-nies ta' New York.

Il-bierah it-Tlieta qabel ma tlaqt lejn l-JFK airport ta' New York, iddecidejna jien u Chris Ciantar li mmorru sa Ground Zero fejn kien hemm it-Twin Towers qabel il-11 ta' Settembru tal-2001 meta sar l-attakk terroristiku tal-Al Qaeda. Kont ghadna qatt ma mort.

Kif wasalna, jimpressjonak il-fatt li qalb dawk l-skyscrapers tara wesgha kbira vojta. Ftit tista tara s-site ghalkemm irnexxilna niehdu xi ritratti minn kif stajna minn xi fethiet zghar li hemm fil-hoarding li jdawwar is-site kollha. Illum ma tara xejn hlief construction site kbira.

Laqatni sticker zghir li hemm ma' bicca mill-hoarding. Hadtilha ritratt. Label zghira b'messagg qawwi "Amplify Love, Dissipate Hate". Messagg li nahseb li huwa f'loku f'sit bhal dak. Effettivament fl-opinjoni tieghi huwa ukoll messagg kontra min jirrispondi ghal vjolenza bi vjolenza, anke jekk dik il-vjolenza hija gwerra dikjarata minn stat. Huwa messagg li ghandu jghina ukoll nikkontrollaw id-diskors taghna ta' kuljum li xi kultant jeccedi l-limitu tal-hsieb razzjonali.

Sep 19, 2007

Telefonata b'toghma ta' inbid


F'dawn l-ahhar tlett ijiem kont fil-belt maestuza ta' Porto fil-Portugal ghall-laqgha nformali tal-Ministri tal-Agrikoltura tal-UE. Kull presidenza jkollha okkazzjoni darba torganizza laqgha nformali, fejn apparti diskussjoni l-Ministri u d-delegati jittiehdu jzuru diversi postijiet marbuta mal-attivita' tal-pajjiz f'dak il-qasam.

Dawn il-laqghat jaghtu cans lill-Ministri jsiru jafu lil xulxin ahjar, u biex inkun onest hafna drabi titghallem u taghmel kuntatti utli ferm aktar mill-laqghat formali tal-Kunsill tal-Ministri.

Ovvjament il-Ministru Portugiz, Jaime Silva, ghazel li johodna fil-qalba tat-tkabbir tad-dwieli fuq ix-xmara Douro u l-produzzjoni tal-inbid Port li tant huwa mfittex kemm fil-Portugal kif ukoll fid-dinja. L-ghelieqi mtarrga bid-dwieli fuq l-gholjiet li jdawwru x-xmara huma spettakolari tant li huma meqjusa bhala Wirt Komuni tal-Umanita' mill-UNESCO. Il-Ministri kollha u l-Kummissarju Fischer Boel gejna dikjarati membri onorarji f'cerimonja tradizzjonali tal-Confraria do Vinho do Porto, li hija l-Konfraternita' ta' dawk li jaghtu sehem biex jikber l-gharfien tal-inbid ta' Porto. Jien m'ghamilt xejn hlief xrobtu fl-ahhar tlett ijiem !!

Bhas-soltu f'dawn il-laqghat ma jonqosx li jittiehed il-family photo tal-Ministri. Gara li l-bierah filghodu ghamilna xi 15-il minuta nistennew lil xi tlett Ministri jaslu, fosthom lill-Ministru Taljan, Paolo de Castro. Kulhadd skjerat, b'xeba fotografi jistennew ! Qbadt il-mobile u ppruvajt naqbad lil Paolo halli nghidlu li konna qed nistennewh. Qbadtu f'laqgha mal-Ministru il-gdid Franciz, Michel Barnier, probabilment jiddiskuti ir-riforma fil-qasam tal-inbid. Il-cameras qabduni incempel u spiccajt imxandar minn xi agenziji tal-ahbarijiet ! Il-gurnalist Mario Xuereb ta' Media.link bghattli r-ritratt. Fl-ahhar Paolo wasal u biex nimbarazzawh tajnih capcipa mill-qalb.

Sep 7, 2007

Il-bidu tal-blog tieghi


Minn dejjem niprova, ghalkemm nofs id-drabi ma jirnexxiliex (u jkolli nsaqsi lill Mathieu u Oliver), nitghallem inhaddem xi gadget jew oggett teknologiku gdid. Inhobb inkun minn ta' l-ewwel li nesperimenta, ingerfex u nharbat is-sistema ta' kull haga mekkanika. Ibda bil-computer. Xi kultant tlift xi files, wehhilt printers, u ahjar ma nibdewx bl-avventuri tal-PDA... ghax nahseb inkompli sejjer s'ghada !!!

Kont l-ewwel kandidat li ghamilt website f'kampanja elettorali lokali.. u rnexxieli !! Irnexxieli inzomma ghaddejja u aggornata. Issa qed nesperimenta bil-blog, u qed insib fih mod ta' kif nesprimi ruhi u nuri jien x'jien. George Pullicino mhux biss il-politiku, wiehed li qieghed fil-poter, imma George Pullicino c-cittadin; ragel bhal kulhadd li jkollu hsibijiet tieghu fuq affarijiet ta' kuljum, li jesperjenza l-hajja minn lenti ta' missier, li jaffacca problemi bhal kull persuna ohra.. u mhux biss bhala Ministru.

Ser nipprova nikteb regolari fuq dan il-blog, u ser nara kif naghmel biex insib dawk il-ftit minuti li nitfa hsibijieti hawnhekk u naqsam xi esperjenzi maghkom. Mhux ser nitkellem hafna fuq politika.. inweghdkom !! Ser niprova nzomm lura avolja hija parti minn hajti. Imma ser nitkellem fuq affarijiet li niltaqa maghhom kuljum, li naqra fil-gurnali, li jigru madwarna kemm gewwa xtutna, kif ukoll barra minn xtutna.

Insomma.. ghal llum bizzejjed. Insellmilkom.

George