Din il-gimgha wegibt mistoqsija parlamentari fuq l-ghajnuna fuq id-dwieli u jkolli nistqarr li jien stess impressjonajt ruhi bit-twegiba. Dr.Joe Cassar, wiehed mid-deputati tal-Gvern, staqsini: "Jista' l-Ministru jgħid kemm żdied it-tkabbir tad-dwieli għall-inbid kull sena mis-sena 2000 'l hawn u x'għajnuna finanzjarja ngħatat s'issa għat-tkabbir tad-dwieli, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex? Kemm minn din l-għajnuna ġiet mill-Unjoni Ewropea? Kemm hawn persuni reġistrati li qed ikabbru d-dwieli għall-inbid, kemm f'Malta kif ukoll f'Għawdex?"
It-twegiba li ppreparawli n-nies teknici tal-Ministeru ssorprenditni. Mill-2003 lil hawn l-għajnuna finanzjarja li ngħatat għat-tkabbir tad-dwieli lil bdiewa kienet ta’ madwar Lm 1.4 Miljun. Li minnha madwar Lm 133,000 ġew mill-Unjoni Ewropea.
Fl-2003 f'Malta u Ghawdex kellna 5,500 tomna art bid-dwieli filwaqt li sas-sena 2006 kien hawn irreġistrati madwar 8,100 tomna ta' art ghad-dwieli. Bhalissa ghandna madwar 3,000 bidwi li jkabbar l-gheneb.
Ghalhekk meta dan il-weekend tkun qed tixrob xi tazza nbid tajjeb ta' Malta ftakar li fuq dak l-inbid kien hemm investiment qawwi. Ftakar ukoll fix-xoghol iebes tal-bidwi biex kabbar l-gheneb li minnu sar l-inbid li qed tixrob.
1 comment:
George, l-aktar li ghandna niftakru meta inkunu qed nixorbu inbid Malti hu li taghna jhabbatha ma l-aqwa inbejjed Francizi u Taljani! U dan minghajr it-tbaghbis li jbaghbsu fl-inbejjed hekk imsejjha "New World". Cheers lill-produtturi Maltin!
Post a Comment