Il-ħajja fil-politika laqqgħetni ma' ħafna episodji u għallmitni ħafna. Il-kuntatt man-nies jibqa’ l-aktar għal qalbi. Minn nies titgħallem, tisma l-aspirazzjonijiet u l-ħsibijiet tagħhom u tħoss sodisfazzjon meta tara li l-ħidma qed tigi apprezzata.
Ikolli nammetti li l-laqgħat tal-pubbliku xi kultant jissarrfu wkoll f’espisodji komiċi li rrid naqsam magħkom. Il-bieraħ waħda minnhom. Kont qiegħed nagħmel xi zjarat għand familji s-Swatar u kien imissni nħabbat l-ahhar dar, kienu xi d-9.00pm. Bdejt gejja l-ghejja.
Jien ma rrealizzajtx li kien hemm qanpiena tal-elettriku fil-pilastru tal-parapett. Bqajt diehel l-parapett u ezatt hdejn il-bieb nara qanpiena kbira. Ovvjament, bdejt indoqqha u din għamlet ftit ħsejjes mhux ħazin. F’daqqa waħda, minn ġewwa nisma tifel zgħir li b’ton ta’ ferħ beda jgħajjat u jgħid lil ommu “Mama’, Mama’, wasal Father Christmas”!!
Dan ma kienx bizzejjed. Naħseb li x’ħin rani t-tifel aktar ikkonvinċa ruħu li jien veru Father Christmas tant li mar ġab karta u lapes u beda jnizzel lista ta’ x’ġugarelli jrid għall-Milied li ġej. Tant kien konvint li x’ħin ommu qaltlu li jien m’iniex Father Christmas, tgħidx kemm beka bil-qalb miskin !
Anke dan l-episodju kkonfermali l-innoċenza tat-tfal, u l-bzonn li nkompli bid-dieta!!
7 comments:
Sweet story this, George... Only God knows what you come across during your home visits. I don't envy you...
Tajjeb George, ghall-inqas taf li xorta ser ikollok x'taghmel ghal zmien il-Milied meta il-kampanja elettorali tnaqqas xi ftit mis-shana :-)
Astrid, ma tahsibx li jkun ahjar kieku l-kummenti tieghek ikunu bil-malti...?
John, tibdiex b'dawn l-argumenti banali hawn ukoll - mhux bizzejjed ghandna lil Peppi fuq ix-xarabank?? Tant ahna xxurtjati li nafu l-ingliz - saqsi lill-istudenti li jigu Malta :-)
Adrian, kull ma ridt nghid kien li fuq blog miktub bil-Malti, ghandu jkun hemm kummenti bil-Malti... dak kollox.
ara veru innocenti t-tfal
vive la difference :-) naf li nsejt accent x'imkien ....
Post a Comment