F’dawn il-ġranet
fis-supermarket rajt kaxxa żgħira li ġibditli l-attenzjoni. Hija kaxxa zgħira
li fiha jkunu ppakkjati ġbejniet lokali ta’ pajjiżna. Tgħiduli x’fiha speċjali din il-kaxxa ? Hija
riżultat ta’ proġett iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bl-isem
T-Cheesimal li konna mbuttajna biex jibda fi żmieni bejn l-Università ta’ Malta u l-konsorzju
Corfilac (Consorzio Ricerca Filiera Lattiero-Casearia) f’Ragusa fi Sqallija li jieħu ħsieb il-ħarsien u
l-promozzjoni ta' prodotti tipiċi magħmula mill-ħalib. Dan il-proġett inbeda
madwar sentejn ilu u ġie fi tmiemu proprju f’dawn il-ġranet. F'dan il-proġett
kien hemm studju dwar il-karatteristiċi kimiċi tal-ġbejna lokali kif ukoll is-sistemi
tradizzjonali wżati u l-impatt socjo-kulturali ta’ din l-attività. Sep 4, 2013
Il-Ġbejna
F’dawn il-ġranet
fis-supermarket rajt kaxxa żgħira li ġibditli l-attenzjoni. Hija kaxxa zgħira
li fiha jkunu ppakkjati ġbejniet lokali ta’ pajjiżna. Tgħiduli x’fiha speċjali din il-kaxxa ? Hija
riżultat ta’ proġett iffinanzjat minn fondi tal-Unjoni Ewropea bl-isem
T-Cheesimal li konna mbuttajna biex jibda fi żmieni bejn l-Università ta’ Malta u l-konsorzju
Corfilac (Consorzio Ricerca Filiera Lattiero-Casearia) f’Ragusa fi Sqallija li jieħu ħsieb il-ħarsien u
l-promozzjoni ta' prodotti tipiċi magħmula mill-ħalib. Dan il-proġett inbeda
madwar sentejn ilu u ġie fi tmiemu proprju f’dawn il-ġranet. F'dan il-proġett
kien hemm studju dwar il-karatteristiċi kimiċi tal-ġbejna lokali kif ukoll is-sistemi
tradizzjonali wżati u l-impatt socjo-kulturali ta’ din l-attività. Mar 17, 2011
Anqas baqar, aktar halib.

L-efficjenza fil-produzzjoni tjiebet b’8.2% jiġifieri kull baqra qed tagħti mal-kilo ħalib frisk aktar kuljum. Fl-2003 konna nipproduċu 40 miljun kilo ta’ ħalib fis-sena, illum niproduċu 42 miljun kilo ta’ ħalib fis-sena. Dan seħħ minkejja l-fatt li l-baqar għal-produzzjoni tal-ħalib naqsu b’8.8%. B'hekk ghandna wkoll anqas problemi ta’ nitrati u allura anqas impatt negattiv fuq l-ambjent taghna.
Din il-gimgha stajt inkompli
Is-settur irrisponda tajjeb għall-programm ta' ristrutturar permezz tat-tibdil tal-merħla kif ukoll bl-investiment li sar u li qiegħed isir fil-maġġoranza tal-irziezet bil-għajnuna finanzjarja mogħtija kemm mill-Gvern kif ukoll
Jan 6, 2011
Jghixu f'dinja ?
Wiehed kiteb fuq timesofmalta.com “Hadd ma qed jinduna li l-Gvern qed jgholli l-affarijiet essenzjali”. Irrid nghid li mhiniex wiehed minn dawk li naghti wisq kaz ghal dak li jinkiteb bhala kummenti fid-digital papers, ghax huwa evidenti li hafna mill-kummenti huma organizzati, imma f’dawn il-granet kelli ftit aktar hin u din innutajtha. Imma possibli li dan li kiteb u hafna ohrajn mhumiex konxji li minn Ottubru tas-sena l-oħra kien hemm żieda fil-prezz taċ-ċereali u l-għalf tal-bhejjem fis-swieq internazzjonali. Jafu li l-baqar taghna jieklu biss ghalf li jigi minn barra ? X’suppost taghmel il-kumpanija l-kumpanija Malta Dairy Products ? Tassumi telf ?Mar 4, 2010
Prodott ta' kwalita
Ċert li f’dawn l-ahhar jiem innutajtu d-dehra l-ġdida li ngħatat lill-prodotti tal-ħalib frisk kif ukoll l-introduzzjoni ta' numru ta' prodotti godda mill-Malta Dairy Products (MDP). Dehra sabiħa u li tkompli ssaħħaħ l-industrija lokali tal-ħalib frisk. Dehra li tagħmel ġieħ lil prodott li hu frott investiment kbir li sar mir-raħħala u l-MDP matul l-ahhar 5 snin. Investiment massiċċ li sar minn fondi tal-Gvern Malti kif ukoll minn fondi Ewropej.Inrid -minn hawn insellem lit-tmexxija għaqlija tal-mexxejja tal-Koperattiva Produtturi tal-Ħalib kif ukoll tal-Malta Dairy Products li għarfu jaħtfu l-isfidi u jbiddluhom f'opportunitajiet ta' zvilupp. Illum tieħu gost iżżur razzett modern tal-baqar li jipproduċu l-ħalib. Tara makkinarju li sa’ ftit ilu konna naħsbu li jeżisti biss barra minn xtutna, liema makkinarju qed iwassal għal kundizzjonijiet aħjar ghall-annimali, aktar effiċjenza fil-produzzjoni u kwalita’ aħjar tal-ħalib ghall-konsumatur.
Il-pass ta’ din il-ġimgħa jkompli jsaħħaħ l-industrija lokali għax ikompli jpoġġiha f’posizzjoni li tikkompeti f’suq dejjem aktar kompetittiv. Aħna rridu nkomplu nesponu dawn il-bidliet u għalhekk ukoll ser norganizzaw Festa tal-Ħalib li se ssir f’Ħal Għargħur nhar il-Ħadd, 21 ta’ Marzu 2010. Narakom hemm u flimkien niċċelebraw il-bidliet impressjonanti tal-industrija tal-produzzjoni tal-ħalib lokali.