Jew forsi mmorru lura ghall-friza tal-prezzijiet ? Nafu x’hadna b’politika bhal din. Hadna halib ta’ livell baxx, prodott f’impjant antikwat. U ovvjament stajna nixtru biss dak il-halib ! Ma kien hemm l-ebda ghazla. Hu kkalkulat li kull baqra tal-ħalib teħtieġ mas-27 kilo ta' għalf kuljum li jinkludi ġwież (19-il kilo mit-total), qamħirrun, xgħir, dry grass, tiben u felu li kważi kollha jkunu importati mill-produtturi tal-ħalib. Dawn iż-żidiet fil-prezz internazzjonali ta' dawn il-prodotti wasslu għaż-żidiet fil-prezzijiet tal-ħalib frisk lokali. Mhijiex biss Malta li qed tintlaqat miż-żidiet li qed ikun hemm minn barra u li qed iwasslu biex jiżdied il-prezz ukoll fis-suq lokali. Pajjiżi Ewropej ohra qed jiffaċċjaw l-istess sitwazzjoni. Saħansitra fl-Istati Uniti l-prezzijiet tal-prodotti tal-ħalib żdiedu b'xejn inqas minn 6% fl-ahhar xhur.
Issa fuq kollox irridu nghidu li l-halib frisk f’pajjizna huwa l-irhas mill-pajjizi kollha tal-UE. Imbaghad kien hemm minn anke kiteb biex jappella halli jinxtara “cheaper and longer lasting milk” ! Qed iqabbel il-prezz ta’ zewg prodotti ta’ kwalita’ differenti. Issa ovvjament ahna ma niehdux gost li jkun hemm zieda fil-prodotti, u fil-fatt qed naghtu ghajnuna lir-rahhala (ovvjament mhux lil dawk biss li jiproducu halib) kif thabbar fil-budget biex intaffu l-piz taz-zieda tal-ghalf. U tahsbu li l-Opposizzjoni qaltilna prosit ghal din id-decizzjoni ? Ma tarax. Anzi l-kelliemi tal-Opposizzjoni pprova jqajjem id-dubji fuq jekk nistghux nghinu lis-settur ! Dik imhabba ghall-produttur u l-konsumatur lokali !
No comments:
Post a Comment