Għada s-Sibt se nakkumpanja grupp kbir ta’
persuni ghall-pre-opening visit gewwa l-Park tal-Familja Sant’Antnin f’Wied
il-Għajn f’żona li fis-snin 70 u 80 kienet tintuża bħala miżbla. Dan il-park, li x-xoghol fuqu kwazi issa huwa
lest, sar b’investiment ta’ €6 miljun b’għajnuna minn fondi tal-Unjoni Ewropea.
Mix-xahar id-diehel il-familji se jkunu jistgħu jibdew igawdu minn park uniku
għax-xorta tiegħu f’pajjiżna b’bosta attrazzjonijiet li jinkludu: landscaped
mazes (waħda għat-tfal u oħra għall-kbar) u rock climbing wall,
amfi-teatru b’seating capacity ta’ 450 ruħ, cycling
routes, out door gym, picninc
areas, dog park, funtani u anke Water Park. Sahansitra bnejna 18 l-istalla taz-zwiemel
biex wiehed ikun jista jmur horse-tracking madwar il-park. Fiż-żjara wieħed seta’ jara wkoll il-Kappella
ta’ Sant’Antnin li rrestawrajniha wkoll bħala parti mill-proġett.
Dan il-park se jkun qed jgħin ukoll
lill-għaqdiet ta’ Marsaskala. Se jingħata post minn fejn ikunu jistgħu joperaw
il-Girl Guides tal-lokal kif ukoll il-park se jkun attrezzat b’numru ta’
facilitajiet rikrejattivi li fih ikunu jistgħu jiġu pprattikati bosta
dixxiplini sportivi fosthom il-football. Fil-fatt f’dan il-park se jkun hemm five-a-side football pitch. Attrazzjoni oħra
f’dan il-park se jkun razzett li qed ikun restawrat, biex it-tfal ikollhom
kuntatt dirett mal-annimali, kif ukoll minnu jinbiegħu prodotti tal-ikel tipici
ta’ pajjizna. F’dan il-park se jitħawwlu ‘l fuq minn 17,000 siġra u arbuxell li
se jissaqqew minn gibjun kbir li nbena fuq is-sit.
Dan il-Park jinsab
maġenb l-impjant ta’ Sant’Antnin, li Joseph Muscat tant irsista li ma jsirx għax
kien għamel ħiltu kollha biex iwaqqfilna l-fondi ewropej għalih. Bejn l-impjant
u l-Park għamilna anke Ċentru ta’ Informazzjoni għall-Viżitaturi kif ukoll
iservi ta’ entrata għall-istess impjant. Dan iċ-ċentru għandu l-iskop li
jipprovdi informazzjoni dwar it-trattament tal-iskart u kif minn din ir-riżorsa
tiġi ġġenerata l-enerġija nadifa. Is-sħana ġenerata mill-impjant ukoll se
tintuża biex isaħħan il-pool tal-Inspire. Dan il-park se jitmexxa flimkien ma’ din
l-organizazzjoni ghax mill-bidu nett ridna li l-facilitajiet tal-Park
tal-Familja jikkumplimentaw il-facilitajiet li ghandhom huma fis-sit li kien
jissejjah ir-Razzett tal-Hbiberija. Definittivament dan ghandu jkun wiehed
mill-isbah progetti fin-naha t’isfel ta’ pajjizna.
No comments:
Post a Comment