Fis-seklu dsatax inbnew ukoll numru ta’ strutturi (huts)
qrib tas-salini sabiex il-melħ jiġi maħżun u maħdum. Dawn l-istrutturi nbnew
mir-reġiment Ingliż (Sappers) u huma simili għal dawk li ssib fis-salina ta’ Guerande
ġewwa Franza u li jissejħu ‘salorges’. Dawn l-istrutturi kienu mibnija
fuq qafas tal-injam li kien magħqud permess ta’ elementi tal-ħadid. Dawn
l-istrutturi kienu miksija bl-injam li maż-żmien tmermer u ġie mibdul b’corrugated
sheeting tal-ħadid.
Is-Salini fl-aħħar snin kienu jinstabu f’qagħda ħażina
ħafna tant li huma mgħarrqa minħabba l-ħsara li saritilhom fil-maltempata
tal-2003. Minn dak iż-żmien ’l hawn is-salini ma ntużawx u tħallew fi stat ta’
abbandun. Ix-Ximenes Redoubt kient tinstab ukoll f’qagħda ħażina u fi
bżonn ta’ restawr waqt li l-fougasse li hemm ġewwa r-Redoubt
jinstab mirdum. Kien għalhekk li tlaqna bi proġett ta’ riabilitazzjoni u
restawr ta’ dan il-post.
Ix-Ximenes Redoubt ser jintuża bħala ċentru
għall-viżitaturi li jagħti informazzjoni fuq is-sit kollu – storja,
arkaeoloġija, ekoloġija: flora u fawna, ornitoloġija u l-użu tradizzjonali
tas-salini. Dan iċ-ċentru se jkun magħqud mal-huts tas-salini permezz ta’ mina li se tgħaddi minn taħt l-art.
Is-salini ser jerġgħu jitħaddmu sabiex issir il-produzzjoni tal-melħ u b’hekk
tnejn mill-istrutturi li ser ikunu mibnija ser jintużaw biex jaħżnu il-melħ u
biex jaħdmuh, jiġifieri kif kienu jintużaw fl-imgħoddi. It-tielet struttura li
ser tinbena ser tintuża bħala mużew dedikat għall-produzzjoni tal-melħ f’pajjiżna.
Dan il-proġett, li ser jiswa madwar €7 miljun, hu
parzjalment iffinanzjat mill-Unjoni Ewropea.
No comments:
Post a Comment